Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner

Stqarrija ta’ privatezza tar-Rokna tat-Tagħlim

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni tal-ipproċessar: Ir-Rokna tat-Tagħlim

Il-Kontrollur tad-Data: Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat A, Unità A.2

Referenza tar-rekord: DPR-EC-03612

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta' privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita drittijietek, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Din l-istqarrija ta' privatezza tikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fil-ġestjoni tas-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim, li hija amministrata mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Unità A.2, u mill-unitajiet responsabbli biex jittrattaw attivitajiet tal-ipproċessar relatati mar-Rokna tat-Tagħlim fid-dipartiment jew fis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni.

Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek? U kif?

Ir-Rokna tat-Tagħlim hija sit web li jipprovdi materjal u servizzi edukattivi, disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u hu ddedikat biex jiskopri l-UE b’mod divertenti. Ir-Rokna tat-Tagħlim hija mmirata l-aktar lejn studenti tal-iskola primarja u sekondarja u l-għalliema tagħhom u hija repożitorju ta’ logħob, kwiżżijiet, tagħlim u materjali tat-tagħlim li jiffokaw fuq l-UE u l-benefiċċji tagħha għaċ-ċittadini Ewropej. Is-sit web huwa ġestit mis-Servizz Editorjali u l-Komunikazzjoni Mmirata tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

L-ipproċessar tad-data personali huwa bbażat fuq ir-reġistrazzjoni volontarja tal-utent ikkonċernat. Id-data tinġabar sabiex jiġu ffaċilitati l-operat u l-ġestjoni tas-servizzi online għar-Rokna tat-Tagħlim, li jistgħu jinkludu:

  • logħob, kompetizzjonijiet u interazzjoni mal-parteċipanti fil-qasam tal-kompetizzjoni;
  • forum online għall-utenti reġistrati;
  • link għal ħanut online, li jippermetti lill-utenti jordnaw pubblikazzjonijiet direttament mis-sit web tar-Rokna tat-Tagħlim (DPR-EC-00449);
  • formola ta’ rispons li fiha l-viżitaturi tas-sit ikunu jistgħu jipprovdu feedback fil-paġni li jkunu żaru, jirrappurtaw difetti/kwistjonijiet tekniċi, u jibagħtu kummenti spontanji dwar il-kontenut. Il-viżitaturi li jinteraġixxu b’dan il-mod huma mistiedna jipprovdu indirizz tal-email sabiex ikunu jistgħu jintalbu kjarifiki mingħandhom jekk ikun meħtieġ u biex ikunu jistgħu jitwieġbu mistoqsijiet (DPR-EC-01064.1).

Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għaliex:

  1. inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal għan speċifiku wieħed jew aktar (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725).

Għal attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi, il-kunsens tas-suġġett tad-data huwa meħtieġ. F’konformità mal-Artikolu 3(15) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kunsens irid jingħata b’mod liberu, speċifiku, infurmat u mhux ambigwu.

Aħna ksibna l-kunsens tiegħek direttament mingħandek, meta kont qed tabbona għas-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim.

  1. l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni (l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 2018/1725).

F’konformità mal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja attwali, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar marbuta mal-ġestjoni tas-servizzi edukattivi fir-Rokna tat-Tagħlim u ta’ għodod oħra multimedjali u ta’ komunikazzjoni li jikkonċernaw l-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini kollha jingħataw informazzjoni ġenerali dwar il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, huwa kompitu tas-servizz pubbliku li jirriżulta mill-prerogattivi tal-Kummissjoni fil-livell istituzzjonali, kif previst fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Liema data personali niġbru u nkomplu nipproċessaw?

Aħna niġbru d-data personali pprovduta meta jintuża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim: l-isem, il-username, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-email, l-indirizz postali (f’każ li l-utent jordna l-pubblikazzjonijiet), u l-identifikaturi online (l-ID tal-apparat, l-indirizz tal-IP u/jew l-identifikatur tal-cookies).

Il-kategoriji tad-data pproċessati mill-applikazzjoni tal-EU Login huma deskritti fir-rekord rispettiv tad-DIGIT (ara ref. tal-Ġestjoni tal-Identitajiet u l-Aċċessi DPR-EC-03817).

Għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens biex tirċievi aktar informazzjoni u biex tiġi kkuntattjat għal kjarifiki u tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru. Jekk tipparteċipa, niġbru u nipproċessaw biss id-data li hija meħtieġa għal aktar kuntatt (jiġifieri ismek u l-indirizz tal-email tiegħek).

Għandek ukoll l-opzjoni li tipparteċipa u tagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-data tiegħek jekk tixtieq tordna l-pubblikazzjonijiet direttament mis-sit web tar-Rokna tat-Tagħlim. F’dan il-każ, id-data pproċessata se tinkludi ismek u n-numru tat-telefown, kif ukoll l-indirizz postali tiegħek, li huma meħtieġa biex jintbagħtu l-pubblikazzjonijiet li tixtieq tordna.

Jekk inti tipparteċipa u tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tad-data tiegħek sabiex tieħu sehem f’kompetizzjoni, id-data li trid tinġabar tkun dik li tkun strettament meħtieġa għat-tħaddim effettiv tal-kompetizzjoni u tkun speċifikata b’mod ċar.

Fl-aħħar nett, għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens jekk tixtieq tipparteċipa f’forum. F’dan il-każ, id-data pproċessata se tinkludi biss il-username meħtieġ biex tipparteċipa fil-forum.

Il-Kontrollur tad-Data jista’ jaqsam l-informazzjoni aggregata jew deidentifikata ma’ Direttorati tal-Kummissjoni oħrajn u/jew ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE jew partijiet terzi għal finijiet ta’ arkivjar, riċerka xjentifika jew statistika.

Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?

5.1 Data personali pprovduta meta jintuża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim.

Id-data personali tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu relatati ma’ wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-ipproċessar tad-data personali u mhux aktar minn sentejn (2) mid-data ta’ sottomissjoni tad-data.

5.2 Rapporti, dokumenti stampati u elettroniċi, inklużi r-rekords tal-ARES miżmuma mid-DĠ COMM

Ir-rekords kollha stampati u elettroniċi li jikkonċernaw il-korrispondenza ta’ kuljum u r-rapporti li jkun fihom data aggregata, inklużi r-rekords tal-ARES, jinżammu għal perjodu ta’ għaxar (10) snin skont il-Lista Komuni ta' Ritenzjoni fil-Livell tal-Kummissjoni (SEC (2019) 900/2). Dawn se jiġu arkivjati skont il-qafas legali tal-Kummissjoni u se jinħażnu fl-ARES (Sistema Avvanzata ta’ Rekords) taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali (Għal aktar informazzjoni, ara l-Ġestjoni u l-preservazzjoni (fuq perjodu qasir u medju) tad-dokumenti tal-Kummissjoni ref. DPR-EC-00536).

Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, batches applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mir-Regolament Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (GDPR).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għal data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-istaff awtorizzat tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-kuntratturi tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-operazzjoni tal-ipproċessar skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff u l-kuntratturi jirrispettaw ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

L-istaff awtorizzat tal-Kummissjoni għandu aċċess għad-data personali pprovduta minn utent li juża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim, sabiex iwettaq azzjonijiet ta’ segwitu relatati.

Meta t-talba tikkonċerna pubblikazzjonijiet, l-isem tal-utent, l-indirizz postali, u n-numru tat-telefon jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, li jibgħat il-pubblikazzjonijiet mitluba permezz tal-kuntrattur tiegħu. (ara: DPR-EC-00449);

Jekk ikun rilevanti, kuntrattur jista’ jirċievi d-data personali pprovduta mill-utenti tar-Rokna tat-Tagħlim abbażi tal-ħtieġa ta’ tagħrif. Pereżempju, jekk il-Kummissjoni tikkuntratta s-servizzi tagħhom bħala segwitu għar-rispons, jew biex jgħinu biex jiġi moderat il-forum.

X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fir-rigward ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar, tista’ teżerċita d-drittijiet li ġejjin:

  • id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
  • id-dritt ta’ rettifika fl-każ li d-data personali tiegħek mhix preċiża jew mhix kompluta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
  • id-dritt tat-tħassir tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
  • fejn japplika, id-dritt tar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
  • id-dritt tal-portabilità tad-data (l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725);

Jekk inti tkun tajt il-kunsens tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar, inti tista’ tirtirah fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.

Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata fit-Taqsima 9.

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza(i) tar-reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat fit-Taqsima 10) fit-talba tiegħek.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, l-Unità A.2 (COMM-A2atec [dot] europa [dot] eu (COMM-A2[at]ec[dot]europa[dot]eu)).

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICERatec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri, tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsatedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li drittijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register

Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-03612.

pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy