Aqbeż għall-kontentut

Akkwedott ta' Padre Tembleque

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Akkwedott ta' Padre Tembleque

L-Akkwedott ta' Padre Tembleque jew l-Akkwedott ta' Tembleque huwa akkwedott Messikan li jinsab bejn l-irħula ta' Zempoala, fl-istat ta' Hidalgo, u Otumba fl-istat tal-Belt tal-Messiku.

L-istruttura ssemmiet għal patri Spanjol li kien jismu Francisco de Tembleque u hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

L-akkwedott oriġinarjament inbena bejn l-1553 u l-1570. Għandu tul ta' 45 kilometru (28 mil) u jibda fil-vulkan ta' Tecajete fil-Lvant ta' Zempoala u jispiċċa f'Otumba.[2] Il-biċċa l-kbira minnu jgħaddi fuq l-art, iżda hemm xi biċċiet minnu li jgħaddu taħt l-art kif ukoll fuq irdumijiet u widien. Tul l-akkwedott hemm tliet arkati: l-ewwel arkata fiha 46 ħnejja, it-tieni waħda fiha 13-il ħnejja, u t-tielet waħda fiha 67 ħnejja. L-ogħla rdum u wied li jaqsam minnu l-akkwedott huwa l-irdum ta' Papalote, li taqsam minnu s-sezzjoni tal-akkwedott magħrufa bħala l-Arkata Prinċipali b'67 ħnejja, bl-ogħla ħnejja f'għoli ta' 38.75 metru (127.1 pied). L-akkwedott kien inbena minn Padre Tembleque biex iwassal l-ilma tant meħtieġ fl-irħula.[2]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Iċ-ċertifikat UNESCO tas-Sit ta' Wirt Dinji

Is-Sistema Idrawlika tal-Akkwedott ta' Padre Tembleque żdiedet bħala Sit Indikattiv tal-Messiku fl-20 ta' Novembru 2001 bħala sit kulturali.[2] Is-sit ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-5 ta' Lulju 2015.[1][3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Aqueduct of Padre Tembleque Hydraulic System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-30.
  2. ^ a b ċ "Aqueduct of Padre Tembleque - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2009-04-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-04-15. Miġbur 2022-04-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sites in Japan, Turkey, Mexico, Uruguay inscribed on UNESCO's World Heritage List, extension of Spanish site approved". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-30.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy