Aqbeż għall-kontentut

Festival tal-Eurovision 2014

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 2014
"#JoinUs"
Dati
Data tal-1el semifinali 6 ta' Mejju 2014
Data tal-2ni semifinali 8 ta' Mejju 2014
Data tal-finali 10 ta' Mejju 2014
Ospitu
Sala B&W Hallerne, Kopenħagen, Danimarka
Superviżur Jon Ola Sand
Xandar Danmarks Radio (DR)
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 37
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw
Pajjiżi li rtiraw
Festival tal-Eurovision
◄2013 2015►

Il-Festival tal-Eurovision 2014 se jkun id-59 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment sar f'Copenhagen, id-Danimarka, wara li Emmelie de Forest fil-Festival tal-Eurovision 2013 tat id-dritt lil dan il-pajjiż jospita l-Eurovision għat-tielet darba. Il-belt ta' Copenhagen ukoll se tospita dan l-avveniment għat-tielet darba. L-istazzjon Danmarks Radio (DR) għażel lil B&W Hallerne bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali oħra fi bliet different mifruxin mad-Danimarka. B&W Hallerne hija sala li kienet tintuża biex jinbnew il-vapuri u ġiet ittrasformata f'arena li setgħet tospita dan il-konkors. Tinsab fuq il-gżira ta' Refshaleoen, li ġie mħabbar li kienet se tissejjaħ "Eurovision Island" matul iż-żmien tal-festival. Sebgħa u tletin pajjiż se jieħdu sehem, fosthom il-Polonja u l-Portugall li rritornaw wara waqfa qasira. Għat-tieni darba konsekuttiva, erba' pajjiżi ħassew il-bżonn li jirtiraw mill-festival, l-aktar minħabba raġunijiet finanzjarji. Dan se jkun l-iżgħar festival bħala numru ta' pajjiżi mill-2006. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "Join Us", fejn iċ-ċentru ta' kollox huwa d-djamant ta' lwien blu u vjola li jirrappreżenta lill-gżira ta' Refshaleoen li fiha sar il-festival.

Allokazzjoni tas-semifinali

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi kienu se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi ġiet deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi tħabbret f'April.

Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'sitt urni, ibbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar għaxar snin.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5 Urna 6

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy