Aqbeż għall-kontentut

Friedrich Carl von Savigny

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Friedrich Carl von Savigny

Friedrich Carl von Savigny (Frankfurt am Main, 21 ta' Frar 1779Berlin, 25 ta' Ottobru 1861) kien ġurista, filosfu u politiku Ġermaniż fundatur tal-Skola Storka Ġermaniża u prekursur tal-pandettistika.

Friedrich Carl von Savigny tnissel minn familja tan-nobiltà li kellha l-art, emigrata mil-Lorena lejn il-Ġermanja. Skont id-drawwa tal-istudenti Tedeski, Savigny studja f'bosta universitajiet, l-aktar Jena, Lipsia u Halle, Gottinga u Marburgu; kiseb il-lawrja fl-università tal-aħħar fl-1800, u sewwasew wara beda karriera akkademika. Il-ġid u l-qagħda soċjali ppermettewlu jiddedika ruħu għall-attivitajiet intellettwali. Fl-1803 kiseb fama kbira bit- trattat Das Recht des Besitzes (Id-Dritt tal-Pussess), meqjus il-punt tat-tluq tal-istudji teoriċi fuq id-Dritt fis-seklu 19. Fl-1804 iżżewweġ lil Kunigunde Brentano, oħt Bettina u Clemens Maria Brentano; binhom Karl Friedrich von Savigny (1814-1875) meta kiber sar politiku u diplomatiku Prussjan importanti.

Fl-1808 Savigny mar l-Università ta' Landshut (dak iż-żmien fir-Renju tal-Bavarja) bħala Professur tad-Dritt Ruman; fl-1810 kien mibgħut fl-Università ta' Berlin il-ġdida, fejn dlonk sar wieħed mid-doċenti l-aktar magħrufin u influwenti, u fejn baqa' għall-bqija ta' ħajtu; segwew il-lezzjonijiet tiegħu saħansitra Massimiljanu II tal-Bavarja u Federiku Gulielmu IV tal-Prussja. Ma damx ma sar membru tal-prestiġġjuża Akkademja Rjali Prussjana tax-Xjenzi ta' Berlin u kien mistieden jagħmel parti mill-Kunsill tal-Istat il-ġdid (Staatsrath). Mill-1842 sal-1848 kien Ministru għar-Riforma Leġiżlattiva tal-Gvern Prussjan. Meta temm l-esperjenza governattiva, ma marx lura għat-tagħlim, imma ddedika ruħu għall-espożizzjoni teorika tal-konċezzjoni ġuridika tiegħu. Savigny kien fost l-akbar esponenti tal-Iskola Storika tad-Dritt, li kienet tqis lid-Dritt bħala prodott tas-sentiment, tan-natura u tal-ispirtu ta' kull poplu (Volksgeist) u kienet tidentifika għalhekk l-espressjoni ġuridika fundamentali fil-konswetudni. Fl-1815 waqqaf, flimkien ma' Karl Friedrich Eichhorn u Johann Friedrich Ludwig Göschen, ir-rivista Zeitschrift für geschichtliche Rechtswissenschaft, l-organu tal-Iskola Storika tad-Dritt.

L-Iskola Storika tad-Dritt

[immodifika | immodifika s-sors]

Taħt l-influwenza tal-“Iskola storika” tiegħu żviluppat l-elaborazzjoni dottrinarja tad-Dritt – jiġifieri ta' dak id-Dritt mhux pożittiv, imma dak illi jgħix fil-ħajja ta' kuljum u ma jmissx lill-Istat li jikkodifikah – u b'mod partikolari tal-“usus modernus Pandectarum”, imsejjes fuq l-istudju u r-rielaborazzjoni tas-sistema tal-hekk-imsejjaħ ius commune li kien għadu viġenti fil-Ġermanja (Das gemeine Recht).

L-iskola ta' Savigny kien taf nisilha lill-Istoriċiżmu u kienet titlob lill-ġurist li jkun hu direttament l-interpretu u l-bennej mill-ġdid tal-ispirtu tal-poplu mingħajr l-intervent kapillari tal-leġiżlatur, filwaqt li kien isostni – fil-polemika li qabad ma' Thibaut, li kien jemmen b'saħħa fil-kodifikazzjoni pożittiva – li kien prematur tafda fil-kristallizzazzjoni tad-Dritt irrappreżentata mill-adozzjoni tal-Kodiċijiet.

Savigny kien radikalment kontra kemm il-ġusnaturaliżmu kemm l-Illuminiżmu, billi t-tnejn li huma jissejsu fuq li jistgħu jistabbilixxu mudell ta' mġiba ġuridika valida, mhux bħala prodott derivat mill-istorja, imma bħala prodott razzjonali konformi għall-moħħ u għall-intellett. Skont dawn, huwa biss id-Dritt li jinbena mal-mejda tal-filosfu li hu Dritt razzjonali, li jiġi propost lill-Bniedem lil hinn mid-diskors storjografiku, tat-tradizzjoni, tal-memorja tal-passat ġuridiku.

L-istoriċiżmu ta' Savigny, mill-banda l-oħra, kien jemmen li l-passat ma kellux ikun imneżża' minn kull valur, u wisq anqas miċħud, il-għaliex jikkostitwixxi s-substrat fundamentali li fuqu tista' timxi: ma tistax twarrabha l-istorja billi hemm konkatenazzjoni ċara bejn il-passat, il-preżent u l-futur. L-idea ta' Dritt universalment validu hija utopija li ma tqisx ir-realtà konkreta, it-tiswir storiku tas-soċjetà. Għal Savigny, għalhekk, il-veru Dritt Naturali huwa d-Dritt Konswetudinarju billi hu konformi man-natura ta' dak il-poplu, billi hu l-espressjoni tal-livell tiegħu ta' ċiviltà. F'dan is-sens, id-Dritt Naturali huwa d-Dritt li jseħħ fl-istorja u huwa l-ħolqien spontanju ta' kull poplu u hu għalhekk assurd dak li kien qed jipproponi Thibaut, għax għandu mill-artifiċjali, huwa astratt u ma jikkorrispondix man-natura tal-poplu. Il-kodifikazzjoni tad-Dritt darba għal dejjem kienet se timblokka l-iżvilupp ta' soċjetà – li tagħha d-Dritt huwa espressjoni – fil-każ li hi, fil-mument tal-kodifikazzjoni, tkun qed tevolvi; mill-banda l-oħra tkun "iffotografat" il-kawżi tad-dekadenza tas-soċjetà nnifisha, fil-każ bil-kontra. Inpartikulari, proprju minħabba f'viżjoni metastorika e artifiċjali bħal din - bħala volontà tal-leġiżlatur attwali – tal-Kodiċi, Savigny jiddistingwi, f'paralleliżmo mad-dinja Rumana tal-qedem, tliet fażijiet prinċipali li d-Dritt jgħaddi minnhom matul l-istorja tiegħu: fażi tal-bidu u konswetudinarja, fażi ta' elaborazzjoni dottrinali (li fiha tintlaħaq il-quċċata, l-ogħla splendur tekniku u funzjonali), u fażi – aktar 'il quddiem – ta' kodifikazzjoni, li tkun l-ewwel pass lejn l-involuzzjoni.

  • Das Recht des Besitzes (Id-Dritt tal-Pussess), 1803
  • Vom Beruf unserer Zeit für Gesetzgebung und Rechtswissenschaft (Dwar il-vokazzjoni ta' żmienna għal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza), Heidelberg, 1814
  • Geschichte des römischen Rechts im Mittelalter (Storja tad-Dritt Ruman fil-Medju Evu), 1815 u 1831
  • System des heutigen römischen Rechts (Sistema tad-Dritt Ruman Attwali), Berlin: 1840 - 1849
  • Vermischte Schriften (Kitbiet varji), 1850
  • Obligationenrecht (Id-Dritt tal-Obbligazzjonijiet), 1853
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy