Aqbeż għall-kontentut

Gżejjer Faroe

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gżejjer Faroe
Føroyar (Faroiż)
Færøerne (Daniż)
Føroyar (Faroiż) Færøerne (Daniż) – Bandiera Føroyar (Faroiż) Færøerne (Daniż) – Emblema
Innu nazzjonali: Tú alfagra land mítt
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Tórshavn
62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W / 62; -6.783

Lingwi uffiċjali Faroiż · Daniż
Gvern Demokrazija parlamentari taħt monarkija kostituzzjonali
 -  Monarka Frederik X
 -  Kummissarju Għoli Dan M. Knudsen
 -  Prim Ministru Aksel V. Johannesen
Leġislatura Løgting
Awtonomija fi ħdan ir-Renju tad-Danimarka
 -  Unifikata man-Norveġja 1035 
 -  Ċeduta lid-Danimarka 14 ta' Jannar 1814 
 -  Regola interna 1 ta' April 1948 
Erja
 -  Total 1,399 km2 (180)
540 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.5
Popolazzjoni
 -  stima tal-206 49,709[1] (206)
 -  ċensiment tal-2011 48,351 
 -  Densità 35.5/km2 
91/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $1.642 biljun 
 -  Per capita $33,700 
PGD (nominali) stima tal-2008
 -  Total $2.45 biljun 
 -  Per capita $50,300 
IŻU (2013) 0.8951 (għoli ħafna) (15)
Valuta Krone Faroiż (DKK)
Żona tal-ħin WET (UTC+0)
Kodiċi telefoniku +298
TLD tal-internet .dk
1 Informazzjoni tad-Danimarka tinkudi l-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja.

Il-Gżejjer Faroe (Faroiż:Føroyar) huma grupp ta' gżejjer u arċipelagu li qegħdin taħt is-sovranità tar-Renju Daniż, huma jinsabu bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-tramuntana, kważi nofs triq bejn in-Norveġja u l-Iżlanda. Iż-żona totali ta' dawn il-gżejjer hija, bejn wieħed u ieħor ta'1,400 kilometru kwadru, b'popolazzjoni li tammonta għal madwar 50,000 ruħ skont iċ-ċensiment li sar fl-2010. Il-Gżejjer Faroe huma awtonomi, voldieri huwa stat li jmexxi lilu nnifsu mingħajr ma jindaħallu stat ieħor fl-affarijiet interni, u dawn il-gżejjer ilhom taħt id-Danimarka sa mill-1948.

Matul is-snin, il-poplu Faroiż ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-difiża militari, il-pulizija, il-gustizzja u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill Nordiku, bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-Unjoni ta' Kalmar u mid-Danimarka-Norveġja sal-1814, meta n-Norveġja kienet unità mal-Iżvezja. L-Iskandinavja kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-Sitt Koalizzjoni fil-Gwerer Napoleoniċi, meta t-Trattat ta' Kiel iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-Groenlandja mid-Danimarka fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.

L-annimali domestiċi tal-Gżejjer Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-poni Faroiż, il-baqra Faroiża, in-nagħġa Faroiża, il-wiżż Faroiż u l-papra Faroiża, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.

Ftit huma l-ispeċijiet ta' Mammiferi terrestjali, li jgħixu fis-salvaġġ tal-Gżejjer Faroe, fil-fatt il-Mammiferi ġew introdotti mill-bniedem. Tlieta mill-ispeċijiet ta' din il-gżira jinsabu f'kompetizzjoni bejniethom, dawn huma l-Fenek tal-muntanji ( Lepus timidus), il-Far kannella (Rattus norvegicus) u l-Ġurdien tad-dar (Mus musculus domesticus). Minbarra dawn l-ispeċijiet elenkati, darba waħda kien hemm ir-razza tan-nagħġa domestika, li jsejħula l-Faroes (meħuda mill-Emblema tan-nazzjon), varjetà ta' nagħaġ ferali li rnexxielu jissopravivi fuq Lítla Dímun sa nofs is-seklu dsatax.[2]

Is-Siġilli griżi (Halichoerus grypus) huma komuni madwar ix-xtut tal-Gżejjer Faroe. Bosta speċi ta' ċetaċej jgħixu fl-ilmijiet ta' madwar il-gżejjer. Magħrufin l-aktar bħala l-Baleni piloti tal-pinen twal (Globicephala melaena), għadhom jiġu kkaċjati min-nies tal-gżira sal-lum il-ġurnata skont it-tradizzjoni twila tal-lokal. Kultant il-Baleni qattiela (Orcinus orca) jżuru l-fjordi tal-gżejjer tal-Faroe, però dan huwa avveniment rarissimu.[3]

L-għeruq tal-kultura tal-Gżejjer Faroe huma imposti fil-kultura Nordika. Il-Gżejjer Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. Il-lingwa mitkelma hija l-Faroiż, waħda mill-lingwi Skandinavi insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-Norveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-Perjodu tal-Vikingi, l-oħrajn ikunu: l-Iżlandiż u l-lingwa estinta, Norn, lingwa li hija maħsuba li kienet kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, il-lingwa Faroiża kienet tinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u Norveġiża, però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja Daniżi eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'kvæði (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilità l-mużika u ż-żfin medjevali. Eventwalment dawn ix-xogħlijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.

Minħabba l-art ġeblija u d-daqs relattivament żgħir tal-Gżejjer Faroe, is-sistema tat-trasport ma kinitx estensiva bħalma kienet f'postijiet oħra fid-dinja. Però issa, is-sitwazzjoni nbidlet u l-infrastruttura ġiet żviluppata estensivament sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Faroiż bl-aħjar mod possibbli. Xi 80% tal-popolazzjoni tal-gżejjer hija konnessa permezz ta' mini li jgħaddu minn ġol-muntanji u minn bejn il-gżejjer, permezz ta' diversi pontijiet u trejqiet li jgħaqqdu l-gżejjer il-kbar mat-tlett igżejjer kbar tal-Grigal flimkien, filwaqt li jgħaqqdu ż-zewġt igżejjer il-kbar l-oħra tan-nofsinhar taż-żona prinċipali b'vapuri ġodda. Dawn il-gżejjer jipposjedu toroq eċċellenti li jwassluk lejn kull villaġġ mibni fuq din il-gżira, però dawn it-toroq ma jwasslux lejn is-sebat igżejjer żgħar, li fuq sitta minnhom hemm villaġġ wieħed.

Il-mappa tal-Gżejjer Faroe

Il-Gżejjer Faroe jifformaw arċipelagu li jikkonsisti minn tmintax-il gżira maġġuri, madwar 655 kilometru 'l bogħod mill-kosta tal-Ewropa ta' Fuq, bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana, xi nofs triq bejn l-Iżlanda u n-Norveġja, bl-eqreb ġirien ikunu l-Gżejjer Skoċċiżi tat-Tramuntana u tal-Punent. Il-ko-ordinati tal-Gżejjer Faroe huma 62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W / 62; -6.783 . Il-Gżejjer ikopru żona ta' 1,399 kilometru u m'għandhom l-ebda lagi jew xmajjar maġġuri.[1] Il-kosta hija ta' 1,170 kilometru u l-unika gżira sinifikanti, li hija diżbitata hija Lítla Dímun. Il-gżejjer huma robusti u ġeblija ma' xi qċaċet baxxi; il-kosti huma fil-maġġor parti tagħhom irdum. L-ogħla punt ġeografiku ta' din il-gżira huwa Slættaratindur, li jinsab madwar 882 metru (2,894 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar.

Id-Distanzi tal-eqreb Pajjiżi u Gżejjer

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Gżejjer Faroe, f'Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) f' Ottubru

Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-klassifikazzjoni tal-klima Köppen. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39 °F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51 °F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mudlama huma komuni. L-Urugan Faith ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.[4]

Festi Pubbliċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ a b "Faroe Islands" (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2013-02-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-23.
  2. ^ Ryder, M. L. (1981-10-15). "A survey of European primitive breeds of sheep" (PDF). Annales de génétique et de sélection animale (bl-Ingliż). 13: 381–418. doi:10.1186/1297-9686-13-4-381.
  3. ^ Rogers, Stephanie. "Pilot Whales Brutally Slaughtered Annually in the Faroe Islands". Earth First! (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-07.
  4. ^ Guttesen, Rolf. "Plant production on a Faeroese farm 1813-1892, related to climatic fluctuations" (PDF). Geografisk Tidsskrift, Danish Journal of Geography (bl-Ingliż). 101: 67–76. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-03-17.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Gvern
Informazzjoni ġenerali
Turiżmu
Oħrajn
  • vifanord, librerija diġitali li tipprovdi informazzjoni xjentifika dwar il-pajjiżi u żoni Nordiċi u Baltiċi.
  • Faroe Foraminifera, gallerija ta' ritratti (bid-deskrizzjonijiet) ta' 56 kampjuni tal-fawna tal-baħar fond mill-Gżejjer Faroe.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy