Aqbeż għall-kontentut

Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp sar bejn it-12 ta' Ġunju u t-22 ta' Ġunju 2006. Il-Brażil rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni taqsima tal-logħba, flimkien li magħhom ingħaqdu l-Awstralja. Il-Kroazja u l-Ġappun kellhom ibaxxu rashom hekk kif sfaw eliminati.


Awstralja

Brażil

Ġappun

Kroazja
Kwalifikat Kwalifikat


Dehra tal-Olympiastadion ta' Berlin matul il-konfront bejn il-Brażil u l-Kroazja

Il-Brażil laħqu l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja konxji li kienu fost il-favoriti netti li jerġgħu jakkwistaw t-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva, wara kampanja ta' kwalifikazzjoni mill-aqwa akkumpanjata minn staġun mill-aqwa għal Ronaldinho. Il-Kroazja, għas-suċċess li kellha fil-kompetizzjonijiet preċedenti u l-pożizzjoni tagħha fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp ta' kwalifikazzjoni quddiem l-Iżvezja, kienet il-favorita li ssib post fit-tieni taqsima permezz tat-tieni post fil-grupp. Il-Ġappun kienu dawk li kellhom ix-xewqa li jerġgħu jirrepetu l-istess passi li għamlu fl-edizzjoni preċedenti fejn f'dik is-sena kienu waslu sal-aħħar taqsima, waqt li l-Awstralja kienet qed tagħmel l-istorja meta reġgħet dehret f'din il-kompetizzjoni wara assenza ta' 32 sena.

Fl-ewwel partita tal-Brażil, it-tim wera livell ta' prestazzjoni baxxa, bid-detenturi ta' dan it-titlu juru nuqqas ta' sforz bid-difiża Kroata jirnexxielha tannulla kwalunkwe avvanz magħmul minn Ronaldinho u Ronaldo. Minkejja li Kaká ħareġ bil-gowl rebbieħ fl-44 minuta, ħafna kienu li ddubbitaw fuq il-prestazzjoni Brażiljana speċjalment fuq Ronaldo u l-prestazzjoni tiegħu, b'ħafna jikkritaw bil-qawwi lill-plejer għan-nuqqas ta' impenn li wera. Il-partita bejn l-Awstralja u l-Ġappun, rat lit-tim Ġappuniż jieħu l-vantaġġ b'gowl kontroversjali ta' Shunsuke Nakamura fis-26 minuta, meta l-plejers Awstraljani pprotestaw li Naohiro Takahara tellef lill-gowler Mark Schwarzer milli jilqa' l-ballun. Madanakollu, doppjetta tas-soltu Tim Cahill u John Aloisi fit-tieni taqsima kienu biżżejjed biex taw rebħa lill-Awstraljani bl-iskor ta' 3–1. Dawn il-gowls kienu l-ewwel gowls tal-Awstralja fl-istorja tagħhom fit-Tazza tad-Dinja. B'hekk is-Socceroos kisbu l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja.

Konxji mill-bżonn li kellhom jiksbu xi punti kontra l-hekk mistħoqq l-aqwa tim tal-grupp, l-Awstralja ħarġet b'saħħitha kontra l-Brażil. Minkejja li l-Brażil kienu ta' aktar kwalità mit-tim Oċean, dan ma kienx rifless fuq il-grawnd. Madanakollu, in-nuqqas ta' esperjenza li l-Awstraljani kienu jħaddnu għal manifestazzjoni bħal din swiethom qares f'dan il-konfront. Il-Brażil marru minn fuq grazzi għal doppjetta ta' Adriano u tas-sostitut Fred, biex ħarġu rebbieħa 3–0 u assiguraw il-passaġġ għat-tieni taqsima. Il-Kroazja u l-Ġappun, min-naħa l-oħra, kellhom bżonn rebħa biex iżommu l-aspirazzjonijiet tagħhom għolja biex jilħqu 'l-Awstralja. Madanakollu, din il-partita spiċċat f'pari deludenti ta' mingħajr gowls.

Fl-aħħar partita tal-grupp, il-Ġappun lagħbu kontra l-Brażil. Minkejja li fit-teorija l-Ġappuniżi xorta kienu għadhom fiċ-ċans li jikkwalifikaw, fil-verità kellha tkun wirja impekabbli biex jinnulifikaw l-isfida tal-Brażil. B'sorpriża, Keiji Tamada fetaħ l-iskor għall-Ġappuniżi fl-34 minuta. Il-Brażil, li kienu għadhom iżommu r-rekord ta' disa' partiti mingħajr telfa fil-fażi finali tal-kompetizzjoni (bl-aħħar telfa tmur lura fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 kontra Franza), irrispondu għal dan il-gowl bla mistenni, meta l-ħafna kritikat Ronaldo sikket 'il kritiċi tiegħu billi skorja l-gowl tal-pari. Dan il-gowl fisser ukoll li Ronaldo ħa post 'il leġġendarju Pelé fil-klassifika tal-aqwa skorers mat-tim nazzjonali Brażiljan f'dan it-turnew. Juninho Pernambucano u Gilberto tefgħu lill-Brażil fil-vantaġġ, u Ronaldo żied ir-raba' u l-aħħar gowl tal-konfront, b'dan il-gowl skorjat fil-81 minuta, jagħmlu l-iktar skorer prolifiku fl-istorja ta' dan it-turnew fejn ugwalja r-rekord tal-Ġermaniż Gerd Müller.

Il-partita l-oħra offriet aktar emozzjonijiet, bl-Awstralja u l-Kroazja jiġġieldu għall-aħħar post disponibbli għat-tieni taqsima. Bl-aqwa logħob ikun provdut mill-Balkaniċi, ma kinitx sorpriża li wara żewġ minuti Darijo Srna fetaħ l-iskor għall-Kroati. Craig Moore irnexxielu jġib parità fl-iskor wara 38 minuta. Fit-tieni taqsima, il-kaptan tal-Kroazja Niko Kovač reġa' poġġa fil-vantaġġ lit-tim tiegħu, b'gowl li wasal fis-57 minuta. Hekk kif bdew jgħaddu l-minuti, il-partita bdiet issir aktar vjolenti bir-referi Ingliż Graham Poll juri t-tieni karta safra (u b'hekk karta ħamra finali) lill-Kroat Dario Šimić u lill-Awstraljan Brett Emerton fil-85 u fis-87 minuta, rispettivament. Hekk kif deher li kienu se tkun il-Kroazja li tkompli l-avventura f'din il-kompetizzjoni, Harry Kewell skorja għall-Awstralja u kiseb il-pari ta' 2–2. Fl-aħħar istanti tal-partita, seħħ fatt stramb fejn fid-90 minuta Graham Poll wera t-tieni karta safra lil Josip Šimunić. Hekk kif kellu diġà karta safra li ngħatatlu fil-61 minuta, skont ir-regoli tal-FIFA dan kellu jħalli l-grawnd, imma r-referi ma weriex il-karta l-ħamra, u Šimunić kompla jilgħab sa tliet minuti wara meta fl-aħħar Poll wrielu t-tielet karta safra u finalment ingħata l-karta l-ħamra. B'riżultat ta' dan, il-FIFA issospendiet lil Graham Poll għall-kumplament tat-turnew. Finalment, il-partiti ntemmet bl-Awstraljani jilħqu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom il-fażi tal-aħħar sittax.

Tim L R P T GF GK DG Pti
 Brażil 3 3 0 0 7 1 +6 9
 Awstralja 3 1 1 1 5 5 0 4
 Kroazja 3 0 2 1 2 3 −1 2
 Ġappun 3 0 1 2 2 7 −5 1

Awstralja vs Ġappun

[immodifika | immodifika s-sors]
12 ta' Ġunju 2006
15:00
Awstralja  3 – 1  Ġappun Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Essam Abd El Fatah (Eġittu)
Cahill Gowl 84'89'
Aloisi Gowl 90+2'
Rapport Nakamura Gowl 26'
Awstralja
AWSTRALJA:
G 1 Mark Schwarzer
D 3 Craig Moore Ammonizzjoni 58' Sostituzzjoni (barra) 61'
D 2 Lucas Neill
D 14 Scott Chipperfield
M 20 Luke Wilkshire Sostituzzjoni (barra) 75'
M 7 Brett Emerton
M 23 Mark Bresciano Sostituzzjoni (barra) 53'
M 13 Vince Grella Ammonizzjoni 33'
M 5 Jason Čulina
A 10 Harry Kewell
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M 4 Tim Cahill Ammonizzjoni 69' Sostituzzjoni (ġewwa) 53'
A 19 Joshua Kennedy Sostituzzjoni (ġewwa) 61'
A 15 John Aloisi Ammonizzjoni 78' Sostituzzjoni (ġewwa) 75'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink
Ġappun
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi
D 19 Keisuke Tsuboi Sostituzzjoni (barra) 56'
D 5 Tsuneyasu Miyamoto (k) Ammonizzjoni 31'
D 22 Yuji Nakazawa
M 3 Yūichi Komano
M 7 Hidetoshi Nakata
M 10 Shunsuke Nakamura
M 15 Takashi Fukunishi
M 14 Alex
A 13 Atsushi Yanagisawa Sostituzzjoni (barra) 79'
A 9 Naohiro Takahara Ammonizzjoni 40'
Sostituzzjonijiet:
D 2 Teruyuki Moniwa Ammonizzjoni 68' Sostituzzjoni (ġewwa) 56' Sostituzzjoni (barra) 90+1'
M 18 Shinji Ono Sostituzzjoni (ġewwa) 79'
A 16 Masashi Oguro Sostituzzjoni (ġewwa) 90+1'
Kowċ:
Brażil Zico

Plejer tal-Partita:
Awstralja Tim Cahill

Assistenti:
Mali Dramane Dante
Senegal Mamadou Ndoye
Ir-Raba' uffiċċjal:
Franza Éric Poulat
Il-Ħames uffiċċjal:
Franza Vincent Texier

Brażil vs Kroazja

[immodifika | immodifika s-sors]
13 ta' Ġunju 2006
21:00
Brażil  1 – 0  Kroazja Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 72,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Kaká Gowl 44' Rapport
Brażil
BRAŻIL:
G 1 Dida
D 2 Cafu (k)
D 3 Lúcio
D 4 Juan
D 6 Roberto Carlos
M 5 Emerson Ammonizzjoni 42'
M 11 Zé Roberto
M 8 Kaká
M 10 Ronaldinho
A 7 Adriano
A 9 Ronaldo Sostituzzjoni (barra) 70'
Sostituzzjonijiet:
A 23 Robinho Sostituzzjoni (ġewwa) 70'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira
Kroazja
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa
D 7 Dario Šimić
D 4 Robert Kovač Ammonizzjoni 67'
D 3 Josip Šimunić
M 2 Darijo Srna
M 10 Niko Kovač (k) Ammonizzjoni 32' Sostituzzjoni (barra) 41'
M 5 Igor Tudor Ammonizzjoni 90'
M 8 Marko Babić
M 19 Niko Kranjčar
A 9 Dado Pršo
A 17 Ivan Klasnić Sostituzzjoni (barra) 56'
Sostituzzjonijiet:
M 16 Jerko Leko Sostituzzjoni (ġewwa) 41'
A 18 Ivica Olić Sostituzzjoni (ġewwa) 56'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
Brażil Kaká

Assistenti:
Messiku José Ramírez
Kanada Héctor Vergara
Ir-Raba' uffiċċjal:
Marokk Mohamed Guezzaz
Il-Ħames uffiċċjal:
Alġerija Brahim Djezzar

Ġappun vs Kroazja

[immodifika | immodifika s-sors]
18 ta' Ġunju 2006
15:00
Kroazja  0 – 0  Ġappun FIFA WM Stadion Nürnberg, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Frank De Bleeckere (Belġju)
Rapport
Ġappun
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi Ammonizzjoni 42'
D 21 Akira Kaji
D 5 Tsuneyasu Miyamoto (k) Ammonizzjoni 21'
D 22 Yuji Nakazawa
D 14 Alex Ammonizzjoni 72'
M 8 Mitsuo Ogasawara
M 7 Hidetoshi Nakata
M 15 Takashi Fukunishi Sostituzzjoni (barra) 46'
M 10 Shunsuke Nakamura
A 9 Naohiro Takahara Sostituzzjoni (barra) 85'
A 13 Atsushi Yanagisawa Sostituzzjoni (barra) 61'
Sostituzzjonijiet:
M 17 Junichi Inamoto Sostituzzjoni (ġewwa) 46+1'
A 20 Keiji Tamada Sostituzzjoni (ġewwa) 61'
M 16 Masashi Oguro Sostituzzjoni (ġewwa) 85'
Kowċ:
Brażil Zico
Kroazja
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa
D 3 Josip Šimunić
D 4 Robert Kovač Ammonizzjoni 32'
D 7 Dario Šimić
M 2 Darijo Srna Ammonizzjoni 69' Sostituzzjoni (barra) 87'
M 5 Igor Tudor Sostituzzjoni (barra) 70'
M 10 Niko Kovač (k)
M 8 Marko Babić
M 19 Niko Kranjčar Sostituzzjoni (barra) 78'
A 9 Dado Pršo
A 17 Ivan Klasnić
Sostituzzjonijiet:
A 18 Ivica Olić Sostituzzjoni (ġewwa) 70'
M 14 Luka Modrić Sostituzzjoni (ġewwa) 78'
A 22 Ivan Bošnjak Sostituzzjoni (ġewwa) 87'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
Ġappun Hidetoshi Nakata

Assistenti:
Belġju Peter HeMans
Belġju Walter Vromans
Ir-Raba' uffiċċjal:
Stati Uniti Kevin Stott
Il-Ħames uffiċċjal:
Stati Uniti Gregory Barkey

Brażil vs Awstralja

[immodifika | immodifika s-sors]
18 ta' Ġunju 2006
18:00
Brażil  2 – 0  Awstralja FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Markus Merk (Ġermanja)
Adriano Gowl 49'
Fred Gowl 90'
Rapport
Brażil
BRAŻIL:
G 1 Dida
D 2 Cafu (k) Ammonizzjoni 29'
D 3 Lúcio
D 4 Juan
D 6 Roberto Carlos
M 5 Emerson Sostituzzjoni (barra) 72'
M 11 Zé Roberto
M 8 Kaká
M 10 Ronaldinho
A 9 Ronaldo Ammonizzjoni 31' Sostituzzjoni (barra) 72'
A 7 Adriano Sostituzzjoni (barra) 88'
Sostituzzjonijiet:
M 17 Gilberto Silva Sostituzzjoni (ġewwa) 72'
A 23 Robinho Ammonizzjoni 83' Sostituzzjoni (ġewwa) 72'
A 21 Fred Sostituzzjoni (ġewwa) 88'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira
Awstralja
AWSTRALJA:
G 1 Mark Schwarzer
D 3 Craig Moore Sostituzzjoni (barra) 69'
D 2 Lucas Neill
D 6 Tony Popović Sostituzzjoni (barra) 41'
M 7 Brett Emerton Ammonizzjoni 13'
M 13 Vince Grella
M 14 Scott Chipperfield
M 21 Mile Sterjovski
M 4 Tim Cahill Sostituzzjoni (barra) 56'
M 5 Jason Čulina Ammonizzjoni 39'
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M 23 Mark Bresciano Sostituzzjoni (ġewwa) 41'
M 10 Harry Kewell Sostituzzjoni (ġewwa) 56'
A 15 John Aloisi Sostituzzjoni (ġewwa) 69'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
Brażil Zé Roberto

Assistenti:
Ġermanja Christian Schraer
Ġermanja Jan-Hendrik Salver
Ir-Raba' uffiċċjal:
Messiku Marco Rodríguez
Il-Ħames uffiċċjal:
Kosta Rika Leonel Leal

Ġappun vs Brażil

[immodifika | immodifika s-sors]
22 ta' Ġunju 2006
21:00
Ġappun  1 – 4  Brażil FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Éric Poulat (Franza)
Tamada Gowl 34' Rapport Ronaldo Gowl 45+1'81'
Juninho Gowl 53'
Gilberto Gowl 59'
Ġappun
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi
D 21 Akira Kaji Ammonizzjoni 40'
D 19 Keisuke Tsuboi
D 22 Yuji Nakazawa (k)
D 14 Alex
M 8 Mitsuo Ogasawara Sostituzzjoni (barra) 56'
M 7 Hidetoshi Nakata
M 17 Junichi Inamoto
M 10 Shunsuke Nakamura
A 11 Seiichiro Maki Sostituzzjoni (barra) 60'
A 20 Keiji Tamada
Sostituzzjonijiet:
D 6 Koji Nakata Sostituzzjoni (ġewwa) 56'
A 9 Naohiro Takahara Sostituzzjoni (ġewwa) 60' Sostituzzjoni (barra) 66'
A 16 Masashi Oguro Sostituzzjoni (ġewwa) 66'
Kowċ:
Brażil Zico
Brażil
BRAŻIL:
G 1 Dida (k) Sostituzzjoni (barra) 82'
D 16 Gilberto Ammonizzjoni 44'
D 4 Juan
D 3 Lúcio
D 13 Cicinho
M 10 Ronaldinho Sostituzzjoni (barra) 71'
M 17 Gilberto Silva
M 19 Juninho Pernambucano
M 8 Kaká Sostituzzjoni (barra) 71'
A 23 Robinho
A 9 Ronaldo
Sostituzzjonijiet:
M 11 Zé Roberto Sostituzzjoni (ġewwa) 71'
M 20 Ricardinho Sostituzzjoni (ġewwa) 71'
G 12 Rogério Ceni Sostituzzjoni (ġewwa) 82'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira

Plejer tal-Partita:
Brażil Ronaldo

Assistenti:
Franza Lionel Dagorne
Franza Vincent Texier
Ir-Raba' uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Enock Molefe

Kroazja vs Awstralja

[immodifika | immodifika s-sors]
22 ta' Ġunju 2006
21:00
Kroazja  2 – 2  Awstralja Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Graham Poll (Ingilterra)
Srna Gowl 2'
N. Kovač Gowl 56'
Rapport Moore Gowl 38' (pen.)
Kewell Gowl 79'
Kroazja
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa Ammonizzjoni 69'
D 7 Dario Šimić AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 32', 85'
D 13 Stjepan Tomas Sostituzzjoni (barra) 79'
D 3 Josip Šimunić Ammonizzjoni 61' AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 90', 93'[1]
M 5 Igor Tudor Ammonizzjoni 38'
M 10 Niko Kovač (k)
M 2 Darijo Srna
M 19 Niko Kranjčar Sostituzzjoni (barra) 65'
M 8 Marko Babić
A 9 Dado Pršo
A 18 Ivica Olić Sostituzzjoni (barra) 73'
Sostituzzjonijiet:
M 16 Jerko Leko Sostituzzjoni (ġewwa) 65'
M 14 Luka Modrić Sostituzzjoni (ġewwa) 73'
A 17 Ivan Klasnić Sostituzzjoni (ġewwa) 84'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar
Awstralja
AWSTRALJA:
G 18 Željko Kalac
D 3 Craig Moore
D 2 Lucas Neill
D 14 Scott Chipperfield Sostituzzjoni (barra) 75'
M 7 Brett Emerton AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 80', 87'
M 13 Vince Grella Sostituzzjoni (barra) 63'
M 21 Mile Sterjovski Sostituzzjoni (barra) 71'
M 5 Jason Culina
M 4 Tim Cahill
M 10 Harry Kewell
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
A 15 John Aloisi Sostituzzjoni (ġewwa) 63'
M 23 Mark Bresciano Sostituzzjoni (ġewwa) 71'
A 19 Joshua Kennedy Sostituzzjoni (ġewwa) 75'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
Awstralja Harry Kewell

Assistenti:
Ingilterra Philip Sharp
Ingilterra Glen Turner
Ir-Raba' uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
Stati Uniti Kevin Stott

  1. ^ Šimunić ingħata tliet karti sofor f'din il-partita: ir-referi naqas li jkeċċieh wara t-tieni karta safra, u ngħata biss il-karta ħamra wara t-tielet safra. Ir-rapport oriġinali tal-partita mill-FIFA wera t-tliet karti sofor, madankollu ġie modifikat ftit wara, bit-tieni karta safra (90') ma tkunx imniżżla; mhuwiex magħruf jekk dan hux minħabba l-konsistenza fir-rapporti, jew l-karta s-safra ġiet mneħħija.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy