Aqbeż għall-kontentut

Jørgen Pedersen Gram

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jørgen Pedersen Gram
Ħajja
Twelid Nustrup (en) Translate, 27 Ġunju 1850
Nazzjonalità Danimarka
Mewt Copenhagen, 29 April 1916
Post tad-dfin Ċimiterju ta’ Vestre
Kawża tal-mewt  (inċident tat-traffiku)
Familja
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Copenhagen
Lingwi Daniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
Xogħlijiet importanti matriċi ta’ Gram
proċess ta’ Gram-Schmidt
Sħubija Akkademja Rjali Daniża tax-Xjenzi

Jørgen Pedersen Gram (twieled fis-27 ta’ Ġunju 1850 – miet fid-29 ta’ April 1916) kien attwarju u matematiku Daniż li twieled f’Nustrup, id-Dukat ta’ Schleswig, id-Danimarka u miet f’Copenhagen, il-belt kapitali tad-Danimarka.

Huwa ħejja dokumenti importanti bħal On series expansions determined by the methods of least squares, u Investigations of the number of primes less than a given number. Il-metodu matematiku b’kunjomu, il-proċess Gram-Schmidt, ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-ewwel dokument imsemmi hawn fuq fl-1883.[1] It-teorema ta’ Gram u l-matriċi ta’ Gram huma msemmijin għalih ukoll.

Għat-teoristi tan-numri, il-fama prinċipali tiegħu ġejja mis-serje għall-funzjoni żeta ta’ Riemann (il-funzjoni ewlenija fil-funzjoni tal-għadd tan-numri primi eżatti). Minflok tuża serje ta’ numri integri logaritmi, il-funzjoni ta’ Gram tuża poteri logaritmi u l-funzjoni żeta tal-integri pożittivi. Din ħaditilha postha formula ta’ Ramanujan li tuża n-numri ta’ Bernoulli direttament minflok il-funzjoni żeta.

Gram kien l-ewwel matematiku li pprovda teorija sistematika għall-iżvilupp ta’ kurvi ta’ frekwenzi assimetriċi, li turi li l-kurva simetrika normali ta’ żball ta’ Gauss kienet biss każ speċjali wieħed ta’ klassi iktar ġenerali ta’ kurvi ta’ frekwenzi.[2]

Huwa miet fi triqtu lejn laqgħa tal-Akkademja Daniża Rjali wara li tajritu rota.[3]

  1. ^ David Poole (2005). Linear Algebra. Thomson Brooks/Cole. p. 387. ISBN 0-534-99845-3.
  2. ^ Helen Mary Walker (1929). Studies in the History of Statistical Method: With Special Reference to Certain Educational Problems. The Williams & Wilkins Company. pp. 77, 81.
  3. ^ "Jorgen Gram - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-27.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy