Aqbeż għall-kontentut

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Il-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, kien serje ta' turnej organizzati mis-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA. Kull konfederazzjoni — l-AFC (Asja), il-CAF (Afrika), il-CONCACAF (Amerika ta' Fuq), il-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), l-OFC (Oċeanja), u l-UEFA (Ewropa) — ġew allokati numru partkulari ta' postijiet mit-32 post disponibbli fil-fażi finali. Total ta' 204 timijiet daħlu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, bl-Afrika t'Isfel, bħala l-ospitu, tikkwalifika awtomatikament. L-ewwel sett ta' partiti ntlagħbu fil-25 ta' Awwissu 2007 u din il-fażi ntemmet fit-18 ta' Novembru 2009. B'kollox, ġew skurjati 2337 gowl fi 848 partita.

Parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi tmiem is-sottomissjonijiet fil-15 ta' Marzu 2007, 204 assoċjazzjonijiet tal-futbol daħlu fil-fażi preliminarja: 203 minn 207 membri tal-FIFA f'dak iż-żmien (li jinkludi lill-pajjiż ospitu tal-Afrika t'Isfel, minħaba li l-proċedura ta' kwalifika fl-Afrika tgħodd ukoll bħala kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010) u t-tim tal-Montenegro, li aktar tard sar membru numru 208 tal-FIFA. In-numru finali ta' parteċipanti jikser ir-rekord fit-Tazza tad-Dinja 2002 ta' 199 parteċipant. Erba' membri tal-FIFA (kollha mill-konfederazzjoni Ażjatika) naqqsu li jirreġistru għall-kompetizzjoni: il-Butan, il-Brunej, Laos u l-Filippini

Wara li ngħalaq iż-żmien ta' sottomissjonijiet, il-Butan ġew permess li jidħlu fil-preliminarji Ażjatiċi, waqt li l-Brunej u l-Filippini kellhom is-sottomissjoni tagħhom rifjutata.

Madanakollu, kien hemm ħames timijiet li rtiraw matul il-fażi ta' kwalifika mingħajr ma lagħbu logħba: il-Butan, l-Eritrea, il-Gwam, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana u San Tomè u l‑Prinċep. Barra minn hekk, il-Papwa Gwinea l-Ġdida naqqset li tilħaq tirreġistra fil-ħin għall-Logħob Paċifiċi (li kienet ukoll il-fażi inizzjali tal-kwalifikazzjoni tal-Oċeanja) u ma ħadet sehem fil-kwalifikazzjoni.

Timijiet kwalifikati

[immodifika | immodifika s-sors]
Stat finali ta' kwalifikazzjoni      Il-pajjiż ikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja      Il-pajjiż naqas li jikkwalifika      Il-pajjiż ma daħalx fit-Tazza tad-Dinja      Il-pajjiż mhuwiex membru tal-FIFA

It-32 timijiet segwenti kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2010:

Tim Ikkwalifika bħala Data ta' kwalifikazzjoni Dehriet
fil-finali
Dehriet
konsekuttivi
L-aqwa riżultat Pożizzjoni
fil-klassifika tal-FIFA
1

Gruppi ta' kwalifika

[immodifika | immodifika s-sors]

Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

[immodifika | immodifika s-sors]

Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, il-metodu wżat biex jissepara timijiet li huma l-istess fil-punti hu l-istess għall-konfederazzjoni kollha, kif deċiż mill-FIFA.[1] Jekk xi timijiet jispiċċaw bl-istess numru ta' punti fl-aħħar tal-fażi tal-gruppi, it-timijiet fil-kwistjoni jiġu pożizzjonati skont:

  1. id-differenza tal-gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
  2. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
  3. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
  4. id-differenza ta' gowls mill-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
  5. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
  6. it-tlugħ tal-poloz, partita eliminatorja (jekk approvata mill-FIFA)
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CAF).

(53 tim jikkompetu għal 6 postijiet, inkluża l-Afrika t'Isfel bħala ospitu)

Il-kwalifikazzjoni tal-CAF bdiet b'rawnd preliminarju li ntlagħab fit-13 ta' Ottubru u s-17 ta' Novembru 2007, biex in-numru ta' timijiet tnaqqsu għal 48, u wara tnax-il grupp ta' erba' timijiet kull wieħed ġew mtellgħa f'Durban f'Novembru 2007. It-tnax-il rebbieħa u l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post javvanzaw għall-fażi suċċessiva, fejn jiġu mtellgħin f'ħames gruppi ta' erbat ijiem. Ir-rebbieħa ta' dawn il-gruppi jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.

Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 se tkun kombinata mal-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010. Minħabba li l-Afrika t'Isfel qed tospita t-Tazza tad-Dinja, din ikkwalifikat awtomatikament, minkejja li se tilgħab fil-kwalifiki biex jiffaċilitaw l-użu tal-istess sett ta' partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.

Jekk l-Afrika t'Isfel tavvanza għat-tielet rawnd (it-tieni fażi tal-gruppi) il-partiti tagħhom ma jibqgħux jgħoddu biex jiġi determinat min javvanza għat-Tazza tad-Dinja.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (AFC).

(43 tim jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Oċeanja tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)

Żewġ rawnds preliminarji (waħda f'Ottubru 2007 u oħra fl-ewwel nofs ta' Novembru) naqqsu n-numru ta' timijiet minn 43 għal 20 qabel it-tlugħ tal-poloz għall-fażi tal-gruppi f'Durban fil-25 ta' Novembru 2007.

L-istadju tal-gruppi ra l-qsim tal-għoxrin tim f'ħames gruppi ta' erba' timijiet, li ntlagħbu bejn Frar u Ġunju tal-2008, fejn ir-rebbieħa u dawk li kklassifikaw fit-tieni post avvanza fil-fażi tal-gruppi. Ir-rebbieħa u tat-tieni post minn żewġ gruppi finali ta' ħames pajjiżi (li jintlagħbu bejn Settembru 2008 u Ġunju 2009) jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, biż-żewġ timijiet li ppożizzjonaw fit-titlet post jilgħabu kontra xulxin biex jintgħażel it-tim li se jikkompetu kontra r-rebbieħ tal-Oċeanja għall-aħħar allokkazzjoni tat-Tazza tad-Dinja (liema partiti jintlagħbu f'Ottubru u Novembru 2009).

Ewropa (UEFA)

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA).

(53 tim jikkompetu għal 13-il post)

Il-logħob ta' kwalifikazzjoni Ewropej bdew f'Awwissu 2008 wara l-Euro 2008. Tmien gruppi ta' sitt timijiet u grupp ta' ħamsa se jikkontestaw il-kompetizzjoni ta' kwalifika Ewropea. Riżultat ta' dan, id-disa' timijiet li jispiċċaw l-ewwel jikkwalifikaw direttament, waqt li l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post jilgħabu żewġ legs barra u ġewwa darhom għar-raba' postijiet li jkun għad fadal.

Amerika ta' Fuq, Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF)

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF).

(35 tim jikkompetu għal 3 jew 4 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)

Il-proċess ta' kwalifikazzjoni tal-CONCACAF hu identiku għal dak tat-Tazza tad-Dinja 2006, minbarra li hekk kif il-Porto Riku ikkompeta din id-darba (huma kienu l-unika membru tal-CONCACAF li ma daħalx fil-kwalifiki tal-2006), se jkun hemm ħdax-il partita minflok għaxra fl-ewwel rawnd preliminarju, u b'hekk tlettax-il tim minflok erbatax jisfaw eliminati mit-tieni rawnd preliminarju. Iż-żewġ rawnds preliminarji, li jintlagħbu fl-ewwel nofs tal-2008, inaqqsu t-timijiet minn 35 għal 24 u wara għal 12-il tim. Tliet gruppi tas-semifinali b'erba' timijiet jintlagħbu bejn Awwissu u Novembru 2008, bl-aqwa tnejn ta' kull gruppi javvanzaw għal grupp finali ta' sitt timijiet (li jsir matul l-2009). L-aqwa tlieta jikkwalifikaw direttament għat-Tazza tad-Dinja, waqt li r-raba' tim jilgħab logħba preliminarja kontra t-tim li jkun spiċċa fil-ħames post tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL.

Oċeanja (OFC)

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (OFC).

(10 timijiet jikkompetu għal l-ebda post jew post wieħed; partita eliminatorja kontra l-Asja tiddetermina n-numru eżatt. It-Tuvalu se jilgħab ukoll fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, imma mhuwiex parteċipanti fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)

Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda b'turnew fil-Logħob Paċifiċi 2007 f'Awwissu 2007. L-aqwa tlieta (Kalendonja l-Ġdida, il-Fiġi, u l-Vanwatu, rispettivament) ingħaqdu ma' New Zealand fi grupp ta' erba' timijiet, fejn jilgħabu logħob kontra xulxin, barra u ġewwa darhom. L-aqwa tim imbagħad jilgħab logħba eliminatorja fuq żewġ legs ma' pajjiż Ażjatiku biex ikun jista' jikseb post fl-istadju finali tat-Tazza tad-Dinja.

Amerika t'Isfel (CONMEBOL)

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONMEBOL).

(10 timijiet jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)

Il-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL għal darb'oħra hu taħt struttura ta' kampjonat nazzjonali (partiti esterni u interni) li jinvolvi grupp wieħed ta' 10 assoċjazzjonijiet, b'partiti li jintlagħbu bejn Ottubru 2007 u Ottubru 2009. Il-lista ta' partiti hi identika ta' dik użata fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006. Biex tillimita l-ammont ta' vjaġġar ta' plejers li huma bbażati fl-Ewropa għall-Amerika t'Isfel, l-iskeda tal-CONMEBOL tuża' sistemà fejn żewġ settijiet ta' partiti jintlagħbu f'temp ta' ftit jiem, fejn din issir għal disa' darbiet. L-aqwa erba' timijiet jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-ħames tim jilgħab playoff kontra t-tim li spiċċa fir-raba' post tal-CONCACAF, li tintlagħab fl-14 u t-18 ta' Novembru 2009.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy