Aqbeż għall-kontentut

Paul Van Himst

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Paul Van Himst
Informazzjoni personali
Isem sħiħPaul Van Himst
Twelid2 ta' Ottubru 1943 (1943-10-02) (81 sena)
Sint-Pieters-Leeuw, Belġju
Tul1.81 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1951–1959Anderlecht
Karriera professjonali
SninKlabb
1959–1975Anderlecht
1975–1976Molenbeek
1976–1977Eendracht Aalst
Tim nazzjonali
1960–1974Belġju
Timijiet ikkowċjati
1983–1986Anderlecht
1987–1988Molenbeek
1991–1996Belġju

Paul Van Himst (twieled fit-2 ta' Ottubru 1943) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Belġjan li kien jilgħab bħala midfilder bil-maġġoranza tal-karriera tiegħu jagħmilha ma' RSC Anderlecht.

Imlaqqam Polle Gazon (Polle tfisser Paul bid-djalett ta' Brussell u Gazon tfisser ħaxix bil-Franċiż) minħabba n-numru kbir ta' fawls li kienu jsiru fuqu.

Van Himst rebaħ il-kampjonat Belġjan tmien darbiet, kollha ma' Anderlecht, klabb li miegħu beda jilagħab l-ewwel staġun professjonali tiegħu fl-1959–60. Ma' Anderlecht huwa skorja 233 gowl f'457 logħba f'perjodu ta' sittax-il staġun. Huwa mbagħad lagħab għal RWDM, klabb ieħor minn Brussell, fl-istaġun 1975-76 u għall-Eendracht Aalst fl-istaġun ta' wara, li dak iż-żmien kienu jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni.

Bejn l-1960 u l-1974, Van Himst skorja 30 gowl f'81 logħba għat-tim nazzjonali Belġjan. Din il-prestazzjoni għamlitu l-aqwa skorer man-nazzjonal, flimkien ma' Bernard Voorhoof, u l-ħames l-aktar plejer li għamel dehriet għal pajjiżu. L-ewwel logħba tiegħu kienet fid-19 ta' Ottubru 1960 f'logħba kontra l-Iżvezja u kien parti mit-tim tal-Belġju li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1970. Van Himst għen ukoll lill-Belġju jiksbu t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej tal-1972. Huwa għandu wkoll ir-rekord taż-Żarbuna tad-Deheb, li kienet mogħtija lilu erba' darbiet.

Fl-irwol ta' kowċ, Van Himst rebaħ trofej ma' Anderlehct kif ukol wassal lit-tim nazzjonali Belġjan għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1994.

Anderlecht
Anderlecht
  • Plejer tas-Sena tal-Belġju: 1960, 1961, 1965, 1974
  • L-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana: 1963–64, 1965–66, 1967–68
  • Plejer tad-Deheb tal-Belġju[1]
  1. ^ "Golden Players take centre stage" (bl-Ingliż). UEFA. 2003-11-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-10-29.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy