Aqbeż għall-kontentut

Sophie Germain

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Sophie Germain
Ħajja
Isem propju Marie-Sophie Germain
Twelid Pariġi, 1 April 1776
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 27 Ġunju 1831
Post tad-dfin Iċ-Ċimiterju Père Lachaise
Grave of Sophie Germain (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (kanċer tas-sider)
Familja
Missier Ambroise-François Germain
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Göttingen
Direttur tat-teżi Carl Friedrich Gauss
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
fiżiku
filosofu
Premjijiet
Influwenzat minn Arkimede
Psewdonomu Antoine Auguste Le Blanc

Marie-Sophie Germain (pronunzja bil-Franċiż: [maʁi sɔfi ʒɛʁmɛ̃]; twieldet fl-1 ta' April 1776 – mietet fis-27 ta' Ġunju 1831) kienet matematika, fiżika u filosfa Franċiża. Minkejja l-oppożizzjoni inizjali mill-ġenituri tagħha u d-diffikultajiet li kellha tiffaċċja mis-soċjetà, hija kisbet l-edukazzjoni tagħha mill-kotba fil-librerija ta' missierha, inkluż dawk ta' Leonhard Euler, u mill-korrispondenza ma' matematiċi famużi bħal Lagrange, Legendre, u Gauss (bil-psewdonimu ta' "Monsieur LeBlanc"). Hija kienet waħda mill-pijuniera tat-teorija tal-elastiċità u rebħet il-gran premju mill-Akkademja tax-Xjenzi ta' Pariġi għas-saġġ tagħha dwar is-suġġett. Il-ħidma tagħha fuq l-Aħħar Teorema ta' Fermat serviet ta' pedament għall-matematiċi li esploraw is-suġġett għal mijiet ta' snin warajha.[1] Minħabba l-preġudizzju kontriha minħabba li kienet mara, ma setgħetx tagħmel karriera mill-matematika, iżda ħadmet b'mod indipendenti tul ħajjitha kollha.[2] Qabel mewtha, Gauss irrakkomanda li tiġi ppremjata b'lawrija onorarja, iżda dan qatt ma seħħ.[3] Fis-27 ta' Ġunju 1831 mietet bil-kanċer tas-sider. Għaċ-ċentenarju ta' ħajjitha, triq u skola tal-bniet issemmew għaliha. L-Akkademja tax-Xjenzi stabbiliet il-Premju Sophie Germain biex tingħata ġieħ.

Ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Marie-Sophie Germain twieldet fl-1 ta' April 1776 f'Pariġi, Franza, f'dar f'Rue Saint-Denis. Skont il-biċċa l-kbira tas-sorsi, missierha, Ambroise-François, kien merkant għani tal-ħarir[4][5][6], għalkemm uħud jemmnu li kien arġentier tad-deheb. Fl-1789 kien elett bħala rappreżentant tal-borgeżija tal-États-Généraux, li mbagħad inbidel fl-Assemblea Kostituzzjonali. Għalhekk x'aktarx li Sophie semgħet bosta diskussjonijiet bejn missierha u l-ħbieb tiegħu dwar il-politika u l-filosofija. Gray isostni li wara l-karriera politika tiegħu, Ambroise-François sar direttur ta' bank; fi kwalunkwe każ, il-familja baqgħet sinjura biżżejjed biex tappoġġa finanzjarjament lil Germain tul il-ħajja adulta kollha tagħha.[7]

Marie-Sophie kellha oħtha iżgħar minnha, Angélique-Ambroise, u oħtha ikbar minnha, Marie-Madeline. Ommha wkoll kien jisimha Marie-Madeline, u peress li kien hemm iktar minn Marie waħda, probabbli li għalhekk kienet tippreferi li tissejjaħ Sophie. In-neputi ta' Germain, Armand-Jacques Lherbette, iben Marie-Madeline, ippubblika parti mix-xogħol ta' Germain wara li mietet.[5]

Introduzzjoni għall-matematika

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta Germain kellha 13-il sena, kien hemm il-waqgħa ta' Bastilja, u minħabba l-atmosfera rivoluzzjonarja tal-belt kellha tibqa' ġewwa. Għad-divertiment, daret għal-librerija ta' missierha. Hemmhekk sabet L'Histoire des Mathématiques ta' J. E. Montucla, u l-istorja tal-mewt ta' Arkimede interessata ħafna.[5]

Germain ħasbet li jekk il-metodu tal-ġeometrija, li dak iż-żmien kien jirreferi għall-matematika pura kollha, kien jaffaxxina tant lil Arkimede, żgur li kien suġġett li ta' min jistudjah.[8] Għalhekk fliet kull ktieb tal-matematika li missierha kellu fil-librerija, u saħansitra tgħallmet il-Latin u l-Grieg waħedha, sabiex tkun tista' taqra xogħlijiet bħal dawk ta' Sir Isaac Newton u Leonhard Euler. Kienet tħobb taqra wkoll it-Traité d'Arithmétique ta' Étienne Bézout u l-Le Calcul Différentiel ta' Jacques Antoine-Joseph Cousin. Iktar 'il quddiem, Cousin żar lil Germain id-dar, u ħeġġiġha tkompli bl-istudji tagħha.[9]

Il-ġenituri ta' Germain xejn ma kienu japprovaw il-mod kif affaxxinat ruħha ħesrem mill-matematika, li dak iż-żmien kienet xi ħaġa mhux xierqa għal mara. Meta kien isir billejl, ma kinux iħalluha tilbes ħwejjeġ sħan u tqabbad in-nar fil-kamra tas-sodda tagħha sabiex ma tibqax tistudja, iżda wara li kienu jitilqu mill-kamra tas-sodda tagħha, kienet tixgħel ix-xemgħat, kienet titgeżwer fil-kutri u kienet toqgħod tistudja l-matematika. Wara li għadda ftit żmien, ommha kienet bdiet tappoġġaha bil-moħbi.[10]

École Polytechnique

[immodifika | immodifika s-sors]
Daħla tal-binja storika tal-École Polytechnique

Fl-1794, meta Germain kellha 18-il sena, fetħet l-École Polytechnique. Peress li kienet mara, Germain ma setgħetx tattendi, iżda s-sistema l-ġdida tal-edukazzjoni kienet tippermetti li "n-noti tal-lezzjonijiet ikunu disponibbli għal kull min kien jitlobhom". Il-metodu l-ġdid kien jirrikjedi wkoll li l-istudenti "jibagħtu osservazzjonijiet bil-miktub".[11] Germain kisbet in-noti tal-lezzjonijiet u bdiet tibgħat ix-xogħol tagħha lil Joseph Louis Lagrange, li kien membru tal-fakultà. Hija użat isem eks student, Monsieur Antoine-Auguste Le Blanc[12], "peress li kienet tibża'", kif spjegat iktar 'il quddiem lil Gauss, "li tiġi rridikolizzata bħala xjenzata mara". Meta Lagrange ra b'għajnejh l-intelliġenza ta' M. Le Blanc, talab li ssir laqgħa, u b'hekk Sophie kellha tiżvela l-identità reali tagħha. Fortunatament, Lagrange ma kienx jagħti kas li Germain kienet mara, u sar il-mentor tagħha.[13]

Xogħol bikri fit-teorija tan-numri

[immodifika | immodifika s-sors]

Korrispondenza ma' Legendre

[immodifika | immodifika s-sors]

Germain saret interessata għall-ewwel darba fit-teorija tan-numri fl-1798 meta Adrien-Marie Legendre ppubblika l-Essai sur la théorie des nombres. Wara li studjat dak ix-xogħol, bdiet korrispondenza miegħu fuq it-teorija tan-numri, u iktar 'il quddiem fuq it-teorija tal-elastiċità. Legendre wera ftit mix-xogħol ta' Germain fis-Supplément tat-tieni edizzjoni tiegħu tat-Théorie des Nombres, fejn isejjaħlu très ingénieuse ("inġenjuż ħafna").[14][15]

Korrispondenza ma' Gauss

[immodifika | immodifika s-sors]
Carl Friedrich Gauss

L-interess ta' Germain fit-teorija tan-numri ġiet imġedda meta qrat ix-xogħol monumentali ta' Carl Friedrich Gauss, Disquisitiones Arithmeticae. Wara tliet snin ta' xogħol bl-eżerċizzji u s-sejbien ta' evidenza minnha stess għal uħud mit-teoremi[16], hija kitbet, mill-ġdid bil-psewdonimu M. Le Blanc, lill-awtur innifsu, li kien sena iżgħar minnha.[17] Fl-ewwel ittra, datata l-21 ta' Novembru 1804[18], ġew diskussi d-Disquisitiones ta' Gauss u ġew ippreżentati wħud mix-xogħlijiet ta' Germain rigward l-Aħħar Teoremo ta' Fermat. F'din l-ittra, Germain sostniet li kellha l-evidenza għat-teorema ta' n = p − 1, fejn p huwa numru prim tal-forma p = 8k + 7.[19] Madankollu, l-evidenza tagħha kien fiha suppożizzjoni dgħajfa, u t-tweġiba ta' Gauss ma kkummentatx dwar l-evidenza ta' Germain.[20]

Għall-ħabta tal-1807 (is-sorsi jvarjaw), matul il-Gwerer Napuljoniċi, il-Franċiżi kienu qed jokkupaw ir-raħal Ġermaniż ta' Braunschweig, fejn kien jgħix Gauss. Germain, imħassba li seta' jgħaddi mid-destin ta' Arkimede, kitbet lill-Ġeneral Pernety (Joseph Marie de Pernety), li kien ħabib tal-familja, u talbitu jiżgura s-sikurezza ta' Gauss. Il-Ġeneral Pernety bagħat lil kap ta' battaljun biex jiltaqa' personalment ma' Gauss biex jara li kien sikur. Wara kollox, Gauss kien tajjeb, iżda kkonfonda kif sema' isem Sophie.[21]

Tliet xhur wara l-inċident, Germain żvelat l-identità reali tagħha lil Gauss. Huwa wieġeb:[22]

Kif nista' niddeskrivi kemm jien mimli stagħġib u ammirazzjoni li qed nara b'għajnejja lill-għażiża korrispondenta M. Le Blanc metamorfizzata f'din il-persuna tal-għaġeb ... minħabba l-ġeneru tagħha, id-drawwiet u l-preġudizzji tagħna jwasslu biex in-nisa jiffaċċjaw bil-bosta iktar ostakli milli l-irġiel biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-diversi ostakli iktar li jiltaqgħu magħhom u mal-problemi ibsin tat-teorija tan-numri, Minkejja dan hija tegħleb dawn l-intoppi u titkixxef dwar l-iżjed kunċetti moħbija; għalhekk bla dubju għandha kuraġġ mill-iktar nobbli, talent straordinarju, u moħħ superjuri.

L-ittri ta' Gauss lil Olbers juru li t-tifħir tiegħu għal Germain kien sinċier.[23] Fl-istess ittra tal-1807, Germain sostniet li if hija tal-forma , allura hija wkoll ta' dik il-forma. Gauss wieġeb b'kontroeżempju: tista' tinkiteb , iżdama tistax.[24]

Għalkemm Gauss kellu ħsibijiet pożittivi dwar Germain, it-tweġibiet tiegħu għall-ittri tagħha spiss kienu jdumu ma jaslu, u ġeneralment ma kienx jirrieżamina x-xogħol tagħha. Eventwalment l-interessi tiegħu ma baqgħux marbuta mat-teorija tan-numri, u fl-1809 l-ittri waqfu. Minkejja l-ħbiberija ta' Germain u Gauss, qatt ma ltaqgħu.[25]

Premju Sophie Germain

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Premju Sophie Germain (bil-Franċiż: Prix Sophie Germain), li jingħata kull sena mill-Fondazzjoni Sophie Germain, jingħata mill-Akkademja tax-Xjenzi f'Pariġi. L-iskop tiegħu huwa li jagħti ġieħ lil matematiku Franċiż għar-riċerka fis-sisien tal-matematika. Dan il-premju, li jammontaw għal €8,000, ġie stabbilit fl-2003, taħt il-patroċinju tal-Institut de France.[26]

  1. ^ Del Centina, Andrea (2008). "Unpublished manuscripts of Sophie Germain and a revaluation of her work on Fermat's Last Theorem". Archive for History of Exact Sciences. 62 (4), p. 373.
  2. ^ Case, Bettye Anne; Leggett, Anne M. (2005). Complexities: Women in Mathematics. Princeton University Press. ISBN 0-691-11462-5. p. 39.
  3. ^ Mackinnon, Nick (1990). "Sophie Germain, or, Was Gauss a feminist?". The Mathematical Gazette 74 (470), p. 347.
  4. ^ Del Centina, Andrea (2005). "Letters of Sophie Germain preserved in Florence". Historia Mathematica. 32 (1): 60–75, sez. 1.
  5. ^ a b ċ Gray, Mary (1978). "Sophie Germain (1776–1831)". In Louise S. Grinstein; Paul Campbell (eds.). Women of Mathematics: A Bibliographic Sourcebook. Greenwood. p. 47. ISBN 978-0-313-24849-8.
  6. ^ Moncrief, J. William (2002). "Germain, Sophie". In Barry Max Brandenberger (ed.). Mathematics, Volume 2: Macmillan Science Library. Macmillan Reference USA. ISBN 978-0-02-865563-5. p. 103.
  7. ^ Gray, Mary W. (2005). "Sophie Germain". In Bettye Anne Case; Anne M. Leggett (eds.). Complexities: Women in Mathematics. Princeton University Press. p. 68. ISBN 0-691-11462-5.
  8. ^ Ogilvie, Marilyn Bailey (1990). Women in Science: Antiquity Through the Nineteenth Century: a Biographical Dictionary with Annotated Bibliography. MIT Press. ISBN 978-0-262-65038-0. p. 90.
  9. ^ Gray, Mary (1978). "Sophie Germain (1776–1831)". In Louise S. Grinstein; Paul Campbell (eds.). Women of Mathematics: A Bibliographic Sourcebook. Greenwood. ISBN 978-0-313-24849-8. p. 48.
  10. ^ Gray, Mary (1978). "Sophie Germain (1776–1831)". In Louise S. Grinstein; Paul Campbell (eds.). Women of Mathematics: A Bibliographic Sourcebook. Greenwood. pp. 47–48. ISBN 978-0-313-24849-8.
  11. ^ Gray, Mary W. (2005). "Sophie Germain". In Bettye Anne Case; Anne M. Leggett (eds.). Complexities: Women in Mathematics. Princeton University Press. p. 69. ISBN 0-691-11462-5.
  12. ^ "Math's Hidden Woman". www.pbs.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-27.
  13. ^ Mackinnon, Nick (1990). "Sophie Germain, or, Was Gauss a feminist?". The Mathematical Gazette. 74 (470), p. 348.
  14. ^ Del Centina, Andrea (2005). "Letters of Sophie Germain preserved in Florence". Historia Mathematica. 32 (1): 60–75. sez. 2.
  15. ^ Sampson, J. H. (1990). "Sophie Germain and the Theory of Numbers". Archive for History of Exact Sciences. 41 (2), p. 158.
  16. ^ Del Centina, Andrea (2008). "Unpublished manuscripts of Sophie Germain and a revaluation of her work on Fermat's Last Theorem". Archive for History of Exact Sciences. 62 (4), p. 352.
  17. ^ Sampson, J. H. (1990). "Sophie Germain and the Theory of Numbers". Archive for History of Exact Sciences. 41 (2), p. 157.
  18. ^ Gray, Mary W. (2005). "Sophie Germain". In Bettye Anne Case; Anne M. Leggett (eds.). Complexities: Women in Mathematics. Princeton University Press. p. 71. ISBN 0-691-11462-5.
  19. ^ Dickson, Leonard Eugene (1919). History of the Theory of Numbers, Volume II: Diophantine Analysis. p. 733.
  20. ^ Del Centina, Andrea (2008). "Unpublished manuscripts of Sophie Germain and a revaluation of her work on Fermat's Last Theorem". Archive for History of Exact Sciences. 62 (4), p. 355.
  21. ^ Dunnington, G. Waldo (1955). Carl Friedrich Gauss: Titan of Science. A study of his life and work. Hafner. p. 67.
  22. ^ Mackinnon, Nick (1990). "Sophie Germain, or, Was Gauss a feminist?". The Mathematical Gazette. 74 (470), p. 349.
  23. ^ Bell, Eric Temple (1937). Men of Mathematics. Simon and Schuster. p. 262.
  24. ^ Waterhouse, William C. (1994). "A counterexample for Germain". American Mathematical Monthly. 101 (2): 140–150.
  25. ^ Gray, Mary (1978). "Sophie Germain (1776–1831)". In Louise S. Grinstein; Paul Campbell (eds.). Women of Mathematics: A Bibliographic Sourcebook. Greenwood. p. 49. ISBN 978-0-313-24849-8.
  26. ^ "Prix Sophie Germain – Fondation de l'Institut de France" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-11-29. Miġbur 2022-06-27.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy