Aqbeż għall-kontentut

Bath, Somerset

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bath, Somerset
 Renju Unit
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju Unit
Nazzjon konstitwentiv tar-Renju UnitIngilterra
Reġjun tal-IngilterraLbiċ tal-Ingilterra
Ceremonial county of EnglandSomerset
Unitary authority area in EnglandBath u l-Grigal ta' Somerset
Isem uffiċjali Bath
Ismijiet oriġinali Bath
Kodiċi postali BA1u BA2
Ġeografija
Koordinati 51°22′53″N 2°21′31″W / 51.38139°N 2.35861°W / 51.38139; -2.35861Koordinati: 51°22′53″N 2°21′31″W / 51.38139°N 2.35861°W / 51.38139; -2.35861
Bath, Somerset is located in the United Kingdom
Bath, Somerset
Bath, Somerset
Bath, Somerset (the United Kingdom)
Superfiċjenti 29 kilometru kwadru
Għoli 132 m
Demografija
Popolazzjoni 94,092 abitanti (21 Marzu 2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 43
Kodiċi tat-telefon 01225
Żona tal-Ħin UTC±0u UTC+1
bliet ġemellati Brunswick, Alkmaar, Aix-en-Provence, Kaposvár, Oleksandriia (en) Translate, Beppu (en) Translateu Manly (en) Translate
mayorofbath.co.uk

Bath (RP: /bɑːθ/;[1] pronunzja lokali: [ba(ː)θ])[2] hija belt u żona mingħajr parroċċa fiż-żona unitarja ta' Bath u l-Grigal ta' Somerset fil-kontea ċerimonjali ta' Somerset, l-Ingilterra, magħrufa u msemmija għall-banjijiet Rumani tagħha. Fiċ-ċensiment tal-2021, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq il-101,557 ruħ.[3] Bath tinsab fil-wied tax-xmara Avon, 97 mil (156 kilometru) fil-Punent ta' Londra u 11-il mil (18-il kilometru) fix-Xlokk ta' Bristol. Il-belt saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987, u iktar 'il quddiem ġiet elenkata wkoll fis-Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali magħruf bħala "Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa" fl-2021.[4][5] Bath hija wkoll l-ikbar belt u insedjament f'Somerset.

Il-belt saret spa bl-isem Latin Aquae Sulis ("l-ilmijiet ta' Sulis") għall-ħabta tas-60 W.K. meta r-Rumani bnew banjijiet u tempju fil-wied tax-xmara Avon, għalkemm il-fawwariet termali kienu magħrufa saħansitra minn qabel dak iż-żmien. L-Abbazija ta' Bath ġiet stabbilita fis-seklu 7 u saret ċentru reliġjuż; il-binja ġiet rikostruwita fis-sekli 12 u 16. Fis-seklu 17, beda jingħad li l-ilma mill-fawwariet kellu proprjetajiet ta' fejqan, u Bath saret popolari bħala raħal bi spa fl-era Ġorġjana. L-arkitettura Ġorġjana, maħduma mill-ġebla ta' Bath, tinkludi r-Royal Crescent (litteralment binja rjali b'għamla ta' nofs qamar), is-Circus, il-Kamra tal-Pompi u l-Kmamar tal-Assemblaġġ, fejn Beau Nash ippresjeda fuq il-ħajja soċjali tal-belt mill-1705 sa mewtu fl-1761.

Ħafna mit-toroq u l-pjazez ġew stabbiliti minn John Wood ix-Xiħ, u fis-seklu 18 il-belt saret popolari u l-popolazzjoni kibret. Jane Austen għexet f'Bath fil-bidu tas-seklu 19. Il-kostruzzjoni kompliet fis-seklu 19 u wara l-Blitz ta' Bath fit-Tieni Gwerra Dinjija. Bath saret parti mill-kontea ta' Avon fl-1974, u wara l-abolizzjoni ta' Avon fl-1996, saret iċ-ċentru prinċipali ta' Bath u tal-Grigal ta' Somerset.

Bath tilqa' iktar minn 6 miljun viżitatur fis-sena[6], u b'hekk hija waħda mill-għaxar bliet Ingliżi li l-iktar iżuruhom turisti barranin.[7][8] Fost l-attrazzjonijiet tal-belt hemm l-ispas, il-ġiti bid-dgħajjes tul il-kanali, ir-Royal Crescent, Bath Skyline, il-Ġonna tal-Parati u l-Park Irjali ta' Vitorja li jospita l-karnival u avvenimenti staġonali. Fost iż-żoni bil-ħwienet hemm iċ-ċentru kummerċjali ta' SouthGate, il-kuritur bl-arkati u l-ħwienet artiġjanali ta' Walcot, u t-Toroq ta' Milsom, ta' Stall u ta' York. Hemm ukoll diversi teatri, inkluż it-Teatru Rjali, kif ukoll diversi mużewijiet, fosthom il-Mużew tal-Arkitettura ta' Bath, il-Gallerija tal-Arti ta' Vitorja, il-Mużew tal-Arti tal-Lvant tal-Asja, il-Mużew tal-Astronomija ta' Herschel, il-Mużew tal-Moda, u l-Mużew ta' Holburne. Il-belt għandha żewġ universitajiet – l-Università ta' Bath u l-Università tal-Ispa ta' Bath – u l-Kulleġġ ta' Bath li jipprovdi edukazzjoni ulterjuri. Fost il-klabbs sportivi tal-belt hemm il-Bath Rugby u Bath City.

Żmien il-Ħaġar, il-Bronż u l-Ħadid

[immodifika | immodifika s-sors]

L-għoljiet fil-lokalità bħal dawk ta' Bathampton Down ilhom b'attività umana mill-Mesolitiku.[9] Diversi tumbati tondi tal-ħamrija ta' Żmien il-Bronż infetħu minn John Skinner fis-seklu 18.[10] Sit b'tumbata twila li huwa maħsub li jmur lura għall-poplu Beaker ta' Żmien il-Bronż Bikri ġie ċċattjat biex ikun hemm spazju għall-RAF Charmy Down.[11][12] Il-forti tal-Għolja ta' Solsbury faċċata tal-belt attwali kien forti ta' Żmien il-Ħadid u x'aktarx li kien hemm forti ieħor tal-istess żmien biswit Bathampton Camp.[13][14]

Banjijiet Rumani u l-era Rumana

[immodifika | immodifika s-sors]
Ritratt fotokromatiku tas-seklu 19 tal-Banju l-Kbir tal-Banjijiet Rumani. L-istruttura sħiħa fuq il-livell tal-bażijiet tal-pilastri nbniet wara u ma kinitx karatteristika tal-binja fi żmien ir-Rumani.

L-evidenza arkeoloġika turi li s-sit tal-fawwara prinċipali tal-banjijiet Rumani jaf kien ġie ttrattat bħala santwarju mill-Brittaniċi Ċeltiċi[15][16], u kien iddedikat lill-alla femminili Sulis, li r-Rumani identifikaw ma' Minerva; l-isem "Sulis" baqa' jintuża wara l-invażjoni Rumana, u fil-fatt jidher fl-isem Ruman tar-raħal, Aquae Sulis (litteralment, "l-ilmijiet ta' Sulis").[17] L-arkeologi rkupraw messaġġi ddedikati lilha mnaqqxa fuq il-metall, magħrufa bħala tavli tas-saħta, mill-fawwara sagra. It-tavli kellhom kitba Latina, bi kliem ta' saħta kontra dawk li għamlu xi deni kontra min naqqaxhom.[18] Pereżempju, jekk ċittadin kienu jinsterqulu l-ħwejjeġ sakemm kien ikun fil-banjijiet, seta' jikteb saħta, u jsemmi lin-nies li kien jissuspetta, fuq tavla biex tinqara mill-alla femminili.

Fis-60-70 W.K. inbena tempju, u matul it-300 sena ta' wara nbena kumpless ta' banjijiet.[19] L-inġiniera daħħlu pilastri tal-ballut fit-tajn bħala pedamenti stabbli, u madwar il-fawwara bnew kompartiment bil-ġebel irregolari mdawwar biċ-ċomb. Fis-seklu 2, il-fawwara ġiet inkorporata fi ħdan struttura tal-injam bil-volti b'għamla ta' bittija li kellha l-caldarium (banju sħun), tepidarium (banju fietel), u frigidarium (banju kiesaħ).[20]

Iktar 'il quddiem mar-raħal inbnew is-swar difensivi, x'aktarx fis-seklu 3.[21] Wara l-falliment ta' awtorità Rumana fl-ewwel deċennju tas-seklu 5, il-banjijiet ġew mitluqa u eventwalment intilfu minħabba ż-żieda fil-livelli tal-ilma u tad-depożiti.[22]

F'Marzu 2012, teżor ta' 30,000 munita tal-fidda tar-Rumani, wieħed mill-ikbar teżori li qatt ġew skoperti fir-Renju Unit, instab permezz tal-iskavi arkeoloġiċi. Il-muniti, li huwa maħsub li jmorru lura għas-seklu 3, instabu madwar 150 metru (490 pied) mill-banjijiet Rumani.

Era Post-Rumana u Medjevali

[immodifika | immodifika s-sors]
Yellow stone building with large arched windows and a tower.
L-Abbazija ta' Bath.

Bath x'aktarx li kienet is-sit tal-Battalja ta' Badon (għall-ħabta tal-500 W.K.), fejn Arthur, l-eroj tal-leġġendi ta' wara, jingħad li rebaħ kontra l-Anglo-Sassoni.[23] Ir-raħal inħataf mis-Sassoni tal-Punent fil-577 wara l-Battalja ta' Deorham;[24] il-poeżija Anglo-Sassona The Ruin jaf tiddeskrivi d-dehra tas-sit Ruman f'dak iż-żmien.[25] Ġie stabbilit ukoll monasteru f'data bikrija – jingħad minn San David għalkemm wisq probabbli ġie stabbilit minn Osric, ir-Re tal-Hwicce,[26] li x'aktarx uża s-sit bis-swar bħala ċ-ċirkoskrizzjoni tiegħu.[27] Nennius, storiku tas-seklu 9, isemmi "Lag Sħun" fl-art tal-Hwicce tul ix-xmara Severn, u jżid "Huwa mdawwar bis-swar, magħmul bil-brikks u bil-ġebel, u l-irġiel jistgħu jmorru hemmhekk fi kwalunkwe ħin biex jgħumu, u kull raġel jista' jidħol fit-tip ta' banju li jkun jixtieq. Jekk ikun irid, jista' jidħol f'banju kiesaħ; u jekk ikun irid, jista' jidħol f'banju sħun". Bede iddeskriva l-banjijiet sħan fl-introduzzjoni ġeografika tal-Istorja Ekkleżjastika b'termini simili ħafna għal dawk ta' Nennius.[28] Ir-Re Offa ta' Mercia kiseb il-kontroll tal-monasteru fis-781 u reġa' bena l-knisja, li ġiet iddedikata lil San Pietru.[29]

Skont il-Vitorjan Edward Churton, matul l-era tal-Anglo-Sassoni, Bath kienet magħrufa bħala Acemannesceastre ("Akemanchester"), jew "belt tal-irġiel bl-uġigħ", b'referenza għar-reputazzjoni li kellhom dawn il-fawwariet li jfejqu l-morda.[30]

Mappa ta' Bath ippubblikata minn John Speed fl-1610.

Sas-seklu 9, il-pjanta antika tat-toroq Rumani ntilfet u Bath saret proprjetà rjali. Ir-Re Alfred reġa' stabbilixxa r-raħal mill-ġdid, u ħalla l-kwadrant tax-Xlokk tiegħu bħala ċ-ċirkoskrizzjoni tal-abbazija. Fil-Burghal Hidage, Bath ġiet irreġistrata bħala burh (borough jew distrett) u ġiet deskritta bħala raħal bi swar twal 1,375 jarda (1,257 metru) b'allokazzjoni ta' 1,000 raġel għad-difiża.[31] Matul ir-renju ta' Edward ix-Xiħ ġew izzekkati l-muniti f'Bath abbażi ta' disinn miz-zekka ta' Winchester iżda bil-kitba "BAD" fuq in-naħa ta' wara b'rabta mal-isem Anglo-Sassonu tar-raħal, Baðum, Baðan jew Baðon, li jfisser "fil-banjijiet",[32] u dan kien is-sors tal-isem attwali. Edgar tal-Ingilterra ġie nkurunat bħala r-re tal-Ingilterra fl-Abbazija ta' Bath fid-973, f'ċerimonja li ffurmat il-bażi għal kull inkurunazzjoni futura fir-Renju Unit.[33]

William Rufus ta r-raħal, l-abbazija u z-zekka lil fiżiku rjali, Ġwanni ta' Tours, li sar Isqof ta' Wells u l-Patri Superjuri ta' Bath, wara li r-rikkezzi tar-raħal insterqu matul ir-Ribelljoni tal-1088. Il-politika Papali għall-isqfijiet kienet li jittrasferixxu ruħhom f'sedi iktar urbani, u Ġwanni ta' Tours ittrasferixxa ruħu minn Wells għal Bath. L-isqof ippjana u beda jibni knisja ikbar bħala l-katidral tiegħu, u magħha ġie mehmuż pirjolat, bil-palazz tal-isqof maġenbu. Il-banjijiet il-ġodda nbnew madwar it-tliet fawwariet. L-isqfijiet ta' wara rritornaw is-sede episkopali lejn Wells għalkemm żammew l-isem ta' Bath fit-titlu, l-Isqof ta' Bath u ta' Wells. L-Isptar ta' San Ġwann ġie stabbilit għall-ħabta tal-1180 mill-Isqof Reginald Fitz Jocelin u huwa fost l-eqdem strutturi għall-foqra fl-Ingilterra.[34] L-"isptar tal-banjijiet" inbena maġenb il-fawwariet termali tal-Banju tas-Salib, minħabba l-proprjetajiet tas-saħħa tagħhom u biex il-foqra morda jingħataw il-kenn.[35]

Kien hemm mijiet ta' sistemi amministrattivi. Il-Bath Hundred kellu diversi ismijiet, inkluż il-Mija ta' Le Buri. Il-Mitt Barranin ta' Bath jew Forinsecum kienu jkopru ż-żona 'l barra mill-belt u iktar 'il quddiem ġew ikkombinati mal-Mija tal-Forum ta' Bath. Il-merkanti għonja ma kellhom l-ebda status fi ħdan il-mitt qorti u ffurmaw xirkiet sabiex ikollhom iktar influwenza. Huma bnew l-ewwel sala tax-xirkiet x'aktarx fis-seklu 13. Għall-ħabta tal-1200 inħatar l-ewwel sindku.[36]

Era moderna bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Perspettiva tan-Nofsinhar ta' Bath fil-mappa ta' Bristol tal-1673 ta' Millerd.

Sas-seklu 15, l-abbazija ta' Bath ġiet dilapidata u Oliver King, l-Isqof ta' Bath u ta' Wells, iddeċieda jerġa' jibniha fuq skala iżgħar fl-1500. Il-knisja l-ġdida tlestiet ftit snin qabel ma ġie xolt il-Pirjolat ta' Bath fl-1539 minn Enriku VIII.[37] L-abbazija kienet mitluqa qabel ma ġiet irrestawrata bħala l-knisja parrokkjali tal-belt fl-era ta' Eliżabetta, meta l-belt esperjenzat rinnovament bħala spa. Il-banjijiet ġew imtejba u l-belt bdiet tattira lill-aristokrazija.[38] Karta rjali mogħtija mir-Reġina Eliżabetta I fl-1590 ikkonfermat l-istatus ta' belt. Anna tad-Danimarka marret tuża l-banjijiet fl-1613 u fl-1615.[39]

Marul il-Gwerra Ċivili Ingliża, il-belt ingħatat gwarniġjon għal Karlu I. Intefqu sebat elef sterlina fuq il-fortifikazzjonijiet, iżda malli tfaċċaw il-forzi parlamentari, id-daħliet ġew miftuħin beraħ u l-belt arrendiet. Saret post sinifikanti għall-armata tal-Assoċjazzjoni tal-Punent taħt William Waller.[40] Bath reġgħet ittieħdet mill-irjalisti f'Lulju 1643 wara l-Battalja ta' Lansdowne u ġiet okkupata għal sentejn sal-1645.[41] B'xorti tajba, il-belt ħelsitha ħafif mill-qerda tal-proprjetà u mill-ġuħ fost l-abitanti tagħha għad-differenza ta' Bristol u ta' Gloucester fil-qrib. Matul l-okkupazzjoni, il-finanzi tal-Kunsill tal-Belt ta' Bath ħadu daqqa ta' ħarta u l-infiq, il-kirjiet u l-għotjiet tal-kunsill naqsu ħesrem. L-istazzjonar tas-suldati fid-djar privati kkontribwixxa wkoll għad-diżordni u għall-vandaliżmu.[42]

Il-belt malajr reġgħet lura għan-normalità wara l-gwerra meta l-kunsill tal-belt kisbet surplus tajjeb tal-baġit. Thomas Guidott, student tal-kimika u tal-mediċina fil-Kulleġġ ta' Wadham, Oxford, stabbilixxa prattika fil-belt fl-1668. Huwa kien interessat fil-proprjetajiet ta' fejqan tal-ilmijiet, u huwa kiteb A discourse of Bathe, and the hot waters there. Also, Some Enquiries into the Nature of the water (Saġġ dwar l-ilmijiet sħan ta' Bath. Kif ukoll, Inkjesti dwar in-Natura tal-ilma) fl-1676. Il-proprjetajiet tas-saħħa tal-ilmijiet minerali sħan attiraw lil diversi nies mill-pajjiż kollu, fosthom l-aristokrazija.[43]

Aerial photograph of semicircular terrace of stone buildings with large expanse of grass in front and to the left. Also shows surrounding terraces of buildings.
Ir-Royal Crescent u s-Circus mill-ajru (ikkollegati flimkien bi triq, u b'hekk joħolqu l-għamla famuża ta' "mistoqsija"). Il-gosti Ġorġjani ffavorew ir-regolarità tat-toroq u tal-pjazez ta' Bath f'kuntrast man-natura rurali fil-qrib.

Diversi żoni tal-belt ġew żviluppati fil-perjodu ta' Stuart, u twettqet iktar kostruzzjoni matul iż-żminijiet Ġorġjani b'rispons għaż-żieda fl-għadd ta' viżitaturi li kellhom bżonn akkomodazzjoni.[44] L-arkitetti John Wood ix-Xiħ u ibnu stabbilew l-kwartieri l-ġodda bit-toroq u bil-pjazez, b'faċċati identiċi li taw l-impressjoni ta' skala ta' palazzi b'dekor klassiku.[45] Il-biċċa l-kbira tal-ġebla ta' Bath lewn id-deheb, tip ta' ġebla tal-ġir użata fil-kostruzzjoni fil-belt, inkisbet mill-minjieri ta' Combe Down u ta' Bathampton Down li kienu proprjetajiet ta' Ralph Allen (1694-1764). Allen, sabiex jirreklama l-kwalità tal-ġebla tal-ġir estratta tiegħu, ikkummisjona lil John Wood ix-Xiħ biex jibni dar tal-villeġġjatura fil-proprjetà ta' Prior Park tiegħu bejn il-belt u l-minjieri. Allen kien responsabbli għat-titjib u għat-tkabbir tas-servizz postali fil-Punent tal-Ingilterra, li kellu l-kuntratt għalih għal iktar minn erbgħin sena. Għalkemm ma kienx iħobb wisq il-politika, Allen kien raġel b'perspettiva ċivika u kien membru tal-Korporazzjoni ta' Bath għal bosta snin. Huwa ġie elett sindku għal mandat wieħed fl-1742.[46]

Semicircular terrace of 3-storey buildings with matching windows and roofs, stone bands run the length of the terrace.
Is-Circus.

Fil-bidu tas-seklu 18, Bath kisbet l-ewwel teatru tagħha, it-Teatru ta' Old Orchard Street. Dan ġie rikostruwit bħala t-Teatru Rjali, flimkien mal-Kamra l-Kbira tal-Pompi mehmuża mal-Banjijiet Rumani u l-kmamar tal-assemblaġġ. Il-mastru taċ-ċerimonji Beau Nash, li ppresjeda fuq il-ħajja soċjali tal-belt mill-1704 sa mewtu fl-1761, fassal kodiċi ta' mġiba għall-intratteniment pubbliku.[47] Bath x'aktarx kienet saret l-iżjed popolari fost l-irħula Brittaniċi bi spa li kienu qed jiżviluppaw malajr, u attirat bosta viżitaturi notevoli bħall-bejjiegħ għani tal-kotba minn Londra Andrew Millar u martu, li t-tnejn li huma għamlu żjarat fit-tul.[48] Fl-1816, ġiet deskritta bħala "sede ta' divertiment u ta' dissipazzjoni", fejn "xeni ta' lussu fost l-għonja, id-dgħajfa, il-weqfin u oħrajn" kienu affarijiet tas-soltu.[49]

Era moderna aħħarija

[immodifika | immodifika s-sors]
Ritratt ta' Green Street tas-snin 50 tas-seklu 19.

Il-popolazzjoni tal-belt kienet tlaħħaq l-40,020 ruħ fiċ-ċensiment tal-1801, u b'hekk Bath kienet waħda mill-ikbar bliet fir-Renju Unit.[50] William Thomas Beckford xtara dar f'Lansdown Crescent fl-1822, u sussegwentement xtara żewġt idjar ħdejn xulxin biex jiffurmaw ir-residenza tiegħu. Wara li akkwista l-art kollha ta' bejn id-dar tiegħu u l-quċċata tal-Għolja ta' Lansdown, huwa ħoloq ġnien twil iktar minn 12 mil (800 metru) u bena t-Torri ta' Beckford fuq nett.[51]

L-Imperatur Haile Selassie tal-Etjopja qatta' erba' snin fl-eżilju, mill-1936 sal-1940, f'Fairfield House f'Bath.[52] Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, bejn il-lejla tal-25 ta' April u kmieni filgħodu tas-27 ta' April 1942, Bath ġarrbet tliet bumbardamenti mill-ajru bi tpattija għall-attakki tal-RAF fuq il-bliet Ġermaniżi ta' Lübeck u ta' Rostock, parti mill-kampanja tal-Luftwaffe magħrufa iktar bħala l-Blitz ta' Baedeker. Matul il-Blitz ta' Bath, iktar minn 400 ruħ inqatlu, u iktar minn 19,000 binja ġarrbu ħsarat jew inqerdu.[53]

Veduta mill-Majjistral mill-Għolja ta' Bathwick lejn is-subborgi tat-Tramuntana, li turi l-varjetà ta' abitazzjonijiet tipiċi ta' Bath.

Id-djar fir-Royal Crescent, is-Circus u l-Paragon ħadu n-nar flimkien mal-Kmamar tal-Assemblaġġ. Bomba ta' 500 kilogramma (1,100 libbra) ħadet fin-naħa tal-Lvant tal-Pjazza tar-Reġina (Queen Square), u ġarrbet ħsarat estensivi għad-dhar tan-naħa tan-Nofsinhar u l-Francis Hotel tilfet 24 metru (79 pied) mill-faċċata tagħha. Il-binjiet kollha ġew irrestawrati għalkemm għad hemm traċċi tal-bumbardament.[54]

Rieżami ta' wara l-gwerra rigward l-abitazzjonijiet mhux adegwati wasslu għall-ikklerjar u l-iżvilupp mill-ġdid taż-żoni tal-belt bi stil ta' wara l-gwerra, spiss ivarja mill-istil Ġorġjan lokali. Fis-snin 50 tas-seklu 20, l-irħula fil-qrib ta' Combe Down, Twerton u Weston ġew inkorporati fil-belt sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-abitazzjonijiet, il-biċċa l-kbira tal-gvern. Fl-1965, il-pjanifikatur tal-irħula Colin Buchanan ippubblika Bath: A Planning and Transport Study (Bath: Studju dwar l-Ippjanar u t-Trasport), u inġenerali pprova jakkomoda l-użu tal-vetturi bil-mutur, inkluż l-idea ta' mina għat-traffiku minn taħt iċ-ċentru ta' Bath. Għalkemm ġie ikkritikat mill-konservazzjonisti, xi partijiet mill-pjan ġew implimentati.

Fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20, ġie rrikonoxxut li l-konservazzjoni tal-binjiet storiċi ma kinitx adegwata, u dan wassal biex il-binjiet u l-ispazji fil-beraħ jerġgħu jintużaw u ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa. Fl-1987 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, minħabba l-importanza kulturali internazzjonali tagħha.[4]

Bejn l-1991 u s-sena 2000, f'Bath seħħew sensiela ta' stupri mwettqa minn raġel mhux identifikat imlaqqam "Batman l-istupratur". L-awtur tar-reati baqa' qatt ma nqabad u huwa s-suġġett ewlieni tal-itwal investigazzjoni ta' stupri serjali fir-Renju Unit. Jingħad li kien iħobb il-fetixx, kellu ġerħa taħt ix-xoffa t'isfel u kien jirresjedi fl-inħawi ta' Bath jew midħla sew tal-belt. Ġie kkollegat ukoll mal-qtil mhux solvut ta' Melanie Hall, li seħħ fil-belt fl-1996. Għalkemm id-DNA tal-awtur tar-reat huwa magħruf u diversi eluf ta' rġiel f'Bath ġew ittestjati ma' dan id-DNA, l-awtur tar-reat baqa' qatt ma nstab jew inqabad mill-pulizija.

Mis-sena 2000, fost l-iżviluppi ewlenin li saru fil-belt saru dawk tat-Thermae Bath Spa, iċ-ċentru kummerċjali bil-ħwienet ta' SouthGate, il-proġett residenzjali ta' Western Riverside fuq is-sit tal-fabbrika ta' Stothert & Pitt, u l-iżvilupp tan-negozju u tal-uffiċini ta' Bath Quays max-xmara. Fl-2021, Bath saret parti minn Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO, l-"Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa".[5]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Pont ta' Pulteney.

Il-Belt ta' Bath ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[4]

Barra minn hekk, fl-24 ta' Lulju 2021, l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa ġew iddeżinjati uffiċjalment bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO.[5][55] L-isforzi biex l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bdew fl-2012, u n-nomina tressqet fl-2019.[56]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[5]

Ġeografija u ambjent

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġeografija fiżika

[immodifika | immodifika s-sors]

Bath tinsab fil-Wied ta' Avon u hija mdawra minn għoljiet tal-ġebla tal-ġir peress li tinsab qrib it-tarf tan-Nofsinhar ta' Cotswolds, żona ddeżinjata ta' Sbuħija Naturali Straordinarja, u l-Għoljiet tal-ġebla tal-ġir ta' Mendip jibqgħu telgħin sa madwar 7 mili (11-il kilometru) fin-Nofsinhar tal-belt. L-għoljiet tal-belt u ta' madwarha għandhom altitudni massima ta' 781 pied (238 metru) fuq il-promontorju ta' Lansdown. Bath għandha erja ta' 11-il mil kwadru (28 kilometru kwadru).

A iron bridge spanning water. In the background is a yellow stone building. On the left trees reach out over the water.
Cleveland House u l-pontijiet tal-ħadid fondut tal-Ġonna ta' Sydney fuq il-Kanal ta' Kennet u Avon.

Il-baċir tal-fluss tax-xmara Avon għandu altitudni ta' madwar 59 pied (18-il metru) 'il fuq mil-livell tal-baħar, għalkemm iċ-ċentru tal-belt jinsab f'elevazzjoni ta' madwar 25 metru (82 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Ix-xmara, li fl-imgħoddi kienet sensiela mhux navigabbli ta' diversi nixxigħat, artijiet bassasa u għadajjar, ġiet ġestita permezz ta' żbarramenti f'kanal uniku. L-għargħar perjodiku, li qassar il-ħajja ta' bosta binjiet fl-iżjed parti baxxa tal-belt, kien normali sa ma tlestew ix-xogħlijiet ewlenin ta' kontroll tal-għargħar fis-snin 70 tas-seklu 20. Kensington Meadows hija żona ta' boskijiet imħallta u mergħat fil-beraħ qrib ix-xmara li ġiet iddeżinjata bħala riżerva naturali lokali.

L-ilma jbaqbaq mill-art bħala fawwariet ġeotermiċi jorġina bħala xita fuq l-Għoljiet ta' Mendip. Ix-xita tiskula mill-akkwifers tal-ġebla tal-ġir sa fond ta' bejn 9,000 sa 14,000 pied (2,700 sa 4,300 metru) fejn l-enerġija ġeotermali tgħolli t-temperatura tal-ilma għal bejn 64 u 96 °C (bejn wieħed u ieħor 147-205 °F). Taħt il-pressa, l-ilma msaħħan jitla' fil-wiċċ minn ġox-xquq u ġol-konsenturi fil-ġebla tal-ġir. L-ilma sħun b'temperatura ta' 46 °C (115 °F) jitla' hawnhekk b'rata ta' 1,170,000 litru (257,364 gallun) kuljum, mill-qasma ġeoloġika ta' Pennyquick.

Fl-1983, ġie stabbilit bore hole ġdid bl-ilma tal-ispa, sabiex jipprovdi provvista nadifa u sikura tal-ilma tax-xorb fil-Kamra tal-Pompi. Ma hemm l-ebda definizzjoni universali li tiddistingwi bejn fawwara tal-ilma sħun u fawwara ġeotermali, għalkemm skont diversi definizzjonijiet, il-fawwariet ta' Bath jistgħu jitqiesu bħala l-unika fawwariet termali fir-Renju Unit. Tlieta mill-fawwariet jalimentaw il-banjijiet termali.

Flimkien mal-kumplament tal-Lbiċ tal-Ingilterra, Bath għandha klima miti li ġeneralment tkun iktar miti u bix-xita mill-bqija tal-pajjiż. It-temperatura medja annwali tkun bejn wieħed u ieħor 10 °C (50.0 °F). Il-varjazzjoni staġonali fit-temperatura hija inqas estrema mill-biċċa l-kbira tar-Renju Unit minħabba t-temperaturi tal-baħar biswitha. Ix-xhur tas-sajf ta' Lulju u ta' Awwissu huma l-iżjed sħan, b'temperaturi massimi medji ta' kuljum ta' madwar 21 °C (69.8 °F). Fix-xitwa, it-temperaturi minimi medji ta' 1 jew 2 °C (33.8 jew 35.6 °F) huma komuni. Fis-sajf, il-pressjoni għolja mill-Azores taffettwa l-Lbiċ tal-Ingilterra u ġġib magħha temp miti; madankollu, is-sħab konvettiv xi kultant jifforma iktar 'il ġewwa, u jnaqqas l-għadd ta' sigħat ta' xemx. Ir-rati annwali ta' xemx huma kemxejn inqas mill-medja reġjonali ta' 1,600 siegħa.

F'Diċembru 1998 kien hemm 20 jum mingħajr xemx irreġistrati f'Yeovilton. Il-biċċa l-kbira mix-xita fil-Lbiċ tiġi kkawżata minn depressjonijiet Atlantiċi jew mill-konvezzjoni. Ħafna mix-xita fil-ħarifa u fix-xitwa tiġi kkawżat mid-dipressjonijiet Atlantiċi li jkunu fl-aqwa tagħhom f'dak iż-żmien. Fis-sajf, proporzjon kbir mix-xita jiġi kkawżat mix-xemx li ssaħħan l-art, dan iwassal għall-konvezzjoni, u għal xita qliel u maltempati bir-ragħad. Il-preċipitazzjoni medja hija ta' madwar 700 mm (28 pulzier). Madwar tmint ijiem sa 15-il jum bil-borra huma tipiċi. Minn Novembru sa Marzu jkun hemm l-ogħla veloċitajiet medji tar-riħ, u minn Ġunju sa Awwissu r-riħ iktar ħafif. Ir-riħ jonfoħ b'mod predominanti mil-Lbiċ.

Data klimatika għal Bath

Temperaturi massimi u minimi, u l-preċipitazzjoni medja rreġistrata bejn l-1981 u l-2010 mill-Uffiċċju Meteoroloġiku.

Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 15.7

(60.3)

16.4

(61.5)

22.2

(72.0)

26.5

(79.7)

30.1

(86.2)

33.4

(92.1)

35.1

(95.2)

35.3

(95.5)

31.2

(88.2)

26.3

(79.3)

18.2

(64.8)

16.0

(60.8)

35.3

(95.5)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 7.6

(45.7)

7.9

(46.2)

10.5

(50.9)

13.3

(55.9)

16.7

(62.1)

19.7

(67.5)

21.7

(71.1)

21.5

(70.7)

18.8

(65.8)

14.6

(58.3)

10.7

(51.3)

8.0

(46.4)

14.3

(57.7)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 1.9

(35.4)

1.7

(35.1)

3.5

(38.3)

4.6

(40.3)

7.5

(45.5)

10.4

(50.7)

12.5

(54.5)

12.4

(54.3)

10.3

(50.5)

7.6

(45.7)

4.5

(40.1)

2.3

(36.1)

6.6

(43.9)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −13.7

(7.3)

−12.3

(9.9)

−8.8

(16.2)

−3.2

(26.2)

0.3

(32.5)

2.5

(36.5)

5.2

(41.4)

3.1

(37.6)

−0.6

(30.9)

−4.2

(24.4)

−9.2

(15.4)

−11.6

(11.1)

−13.7

(7.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 82.5

(3.25)

53.2

(2.09)

63.7

(2.51)

56.9

(2.24)

59.7

(2.35)

51.9

(2.04)

55.8

(2.20)

65.7

(2.59)

66.6

(2.62)

88.5

(3.48)

82.7

(3.26)

87.1

(3.43)

814.1

(32.05)

Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 40.8 66.5 118.9 157.0 190.9 188.8 211.9 202.7 143.9 82.1 51.7 37.7 1,492.7
Sors: l-Uffiċċju Meteoroloġiku.[57]

Bath hija mdawra għalkollox minn medda ħadra bħala parti minn politika ambjentali u tal-ippjanar usa' li ġiet iddeżinjata għall-ewwel darba fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20, u din hija estiża għall-biċċa l-kbira tad-distrett tal-madwar u lil hinn, b'hekk tgħin biex l-ispazju lokali jibqa' aħdar, tipprevjeni li jkun hemm iktar espansjoni urbana u mhux ippjanata lejn Bristol u Bradford-on-Avon, kif ukoll tipproteġi l-villaġġ iżgħar bejniethom. Fost is-subborgi tal-belt li jikkonfinaw mal-medda ħadra hemm Batheaston, Bathford, Bathampton, il-kampus tal-Università ta' Bath, Ensleigh, Twerton, Upper Weston, Odd Down u Combe Down.

Partijiet min-Nofsinhar ta' Cotswolds AONB jagħmlu parti mill-medda ħadra fit-Tramuntana tal-belt, u hemm karatteristiċi u faċilitajiet pajsaġġistiċi oħra fil-qrib fi ħdan il-medda ħadra, fosthom ix-xmara Avon, il-Kanal ta' Kennet u ta' Avon, il-Korsa ta' Bath, il-Klabb tal-Golf ta' Bath, Bathampton Down, ir-Riżerva Naturali tal-Mergħa ta' Bathampton, il-Mogħdija Ferrovjarja ta' Bristol u ta' Bath, il-Mogħdija ta' Cotswold, ir-rotta tal-Medda tal-Ġebla tal-Ġir, il-Park ta' Pennyquick, l-Għolja ż-Żgħira ta' Solsbury u l-Għolja ta' Primrose.

Rectangular yellow stone building with flat roof and arched doorway.
Christadelphian Hall, New King Street.

Skont iċ-ċensiment tal-2011, Bath, flimkien mal-Grigal ta' Somerset, inkluż iż-żoni madwar Bath saħansitra tal-Wied ta' Chew, kellhom popolazzjoni ta' 176,015 ruħ. Skont l-istess statistika demografika, id-distrett huwa popolat l-iktar minn nies ta' karnaġġjon abjad (94.6 %) – ferm ogħla mill-medja nazzjonali ta' 87.17 %. Gruppi etniċi oħra fid-distrett, skont id-daqs tal-popolazzjoni, huma multirazzjali – 1.6 %, 2.6 % Asjatiċi u 0.8 % nies ta' karnaġġjon iswed (il-medji nazzjonali huma 1.98 %, 6.92 % u 3.01 %, rispettivament).

Id-distrett huwa fil-maġġoranza magħmul minn Kristjani (56.5 %), u l-ebda reliġjon oħra ma tasal iktar minn 0.7 %. Dawn iċ-ċifri ġeneralment jaqblu mal-medji nazzjonali, iżda n-nies mhux reliġjużi (32.7 %), huma ferm iktar prevalenti mill-medja nazzjonali ta' 25.67 %. 83.9 % tar-residenti kklassifikaw is-saħħa tagħhom bħala tajba jew tajba ħafna, ogħla mil-livell nazzjonali (81.40 %). Fuq livell nazzjonali, 18 % tan-nies jiddeskrivu li għandhom marda fit-tul; filwaqt li f'Bath iċ-ċifra hija ta' 16.10 %.

Iċ-ċensiment tal-2011 irreġistra popolazzjoni ta' 94,782 ruħ fiż-żona mibnija ta' Bath u ta' 88,859 ruħ taż-żona mingħajr parroċċa (il-belt), u din tal-aħħar tikkorrispondi mal-konfini tal-kostitwenza parlamentari. Iż-żona mibnija ta' Bath hija estiża kemxejn lil hinn mill-konfini tal-belt stess, u tinkludi żoni lejn il-Grigal bħal Bathampton u Bathford. Iċ-ċensiment tal-2001 għall-belt kien irreġistra popolazzjoni ta' 83,992 ruħ. Sal-2019, il-popolazzjoni ġiet stmata li kienet laħqet id-90,000 ruħ.

Abitant minn Bath bl-Ingliż jissejjaħ "Bathonian".

It-tabella ta' hawn taħt tqabbel il-belt (iż-żona mingħajr parroċċa) ta' Bath mad-distrett tal-awtorità unitarja kollha kemm hi (inkluż il-belt) u l-Lbiċ tal-Ingilterra.

Gruppi etniċi fl-2011 Belt ta' Bath Bath u l-Grigal ta' Somerset Lbiċ tal-Ingilterra
Brittaniċi b'Karnaġġjon Abjad 85.0% 90.1% 91.8%
Asjatiċi 4.2% 2.6% 2.0%
Karnaġġjon Iswed 1.2% 0.7% 0.9%
Oħrajn b'Karnaġġjon Abjad 4.7% 4.4% 3.6%

Ġemellaġġi

[immodifika | immodifika s-sors]

Bath hija ġemellata ma' erba' bliet oħra fl-Ewropa. Il-ġemellaġġ huwa r-responsabbiltà taċ-Charter Trustees u kull arranġament ta' ġemellaġġ jiġi ġestit minn Assoċjazzjoni tal-Ġemellaġġ.[58]

Hemm ukoll rabta storika ma' Manly, New South Wales, l-Awstralja, li titqies bħala belt b'relazzjoni speċjali, u hemm arranġament ta' partenarjat ma' Beppu, il-Prefettura ta' Ōita, il-Ġappun.

Ġemellaġġ formali

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Wells, John C. (2008). Longman Pronunciation Dictionary (3rd ed.). Longman. ISBN 978-1-4058-8118-0.
  2. ^ Altendorf, Ulrike; Watt, Dominic (2004). "The dialects in the South of England: phonology". In Schneider, Edgar W.; Burridge, Kate; Kortmann, Bernd; Mesthrie, Rajend; Upton, Clive (eds.). A Handbook of Varieties of English. Vol. 1: Phonology. Mouton de Gruyter. ISBN 978-3-11-017532-5. p. 199.
  3. ^ "United Kingdom: Countries and Major Cities - Population Statistics, Maps, Charts, Weather and Web Information". www.citypopulation.de. Miġbur 2023-08-09.
  4. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "City of Bath". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-09.
  5. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-09.
  6. ^ "Visitors and tourists | Bath and North East Somerset Council". beta.bathnes.gov.uk. Miġbur 2023-08-09.
  7. ^ "Travel trends - Office for National Statistics". web.archive.org. 2020-12-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-12-10. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Experience Bath - Tailor-made visits to Bath". web.archive.org. 2020-11-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-11-25. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Pastscape - Detailed Result: MONUMENT NO. 204162". web.archive.org. 2015-05-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-04. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ Thomas, Rod (2008). A Sacred landscape: The prehistory of Bathampton Down. Bath: Millstream Books. p. 21. ISBN 978-0-948975-86-8.
  11. ^ "INTRODUCTION". web.archive.org. 2011-08-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-14. Miġbur 2023-08-09.
  12. ^ "Pastscape - Detailed Result: CHARMY DOWN". web.archive.org. 2017-08-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-22. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ Thomas, Rod (2008). A Sacred landscape: The prehistory of Bathampton Down. Bath: Millstream Books. pp. 46–48. ISBN 978-0-948975-86-8.
  14. ^ "Pastscape - Detailed Result: BATHAMPTON CAMP". web.archive.org. 2015-05-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-04. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "History of Bath's Spa - Visit Bath". web.archive.org. 2015-03-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-03-15. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Romano-British Somerset: Part 2, Bath | British History Online". web.archive.org. 2015-09-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-30. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ A L Rowse, Heritage of Britain, 1995, Treasure of London, ISBN 978-0-907407-58-4, 184 pages, p. 15.
  18. ^ "Corpus of writing tablets from Roman Britain - guide to curse tablets". web.archive.org. 2011-08-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2023-08-09.
  19. ^ "Bath World Heritage Site Management Plan 2.3". web.archive.org. 2007-06-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-06-14. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ "The Roman Baths of Bath". web.archive.org. 2015-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-04-09. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "Saxon Bath: Alfred's Borough". web.archive.org. 2009-06-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-06-11. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  22. ^ Southern, Patricia (2012). The Story of Roman Bath. Amberley. pp. 202–203. ISBN 978-1445610900.
  23. ^ "Brittonic and Saxon Bath: Dobunni to Hwicce". web.archive.org. 2015-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "history of bath england roman bath history history of bath". web.archive.org. 2008-02-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-02-20. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  25. ^ Klinck, Anne (1992). The Old English Elegies: A Critical Edition and Genre Study. Montreal: McGill-Queen's University Press. p. 61.
  26. ^ Davenport, Peter (2002). Medieval Bath Uncovered. Stroud: Tempus. pp. 31–34. ISBN 978-0752419657.
  27. ^ "St David /Dewi Sant / 100 Welsh Heroes / 100 Arwyr Cymru". web.archive.org. 2012-10-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-10. Miġbur 2023-08-09.
  28. ^ Campbell, James; John, Eric; Wormald, Patrick (1991). The Anglo-Saxons. Penguin. pp. 40–41. ISBN 978-0140143959.
  29. ^ "Abbey Church of St. Peter and St. Paul, Bath". web.archive.org. 2013-06-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-21. Miġbur 2023-08-09.
  30. ^ Churton, Edward (1841). The Early English Church (2nd ed.). London: James Burns. p. 102.
  31. ^ Davenport, Peter (2002). Medieval Bath Uncovered. Stroud: Tempus. pp. 40–42. ISBN 978-0752419657.
  32. ^ Davenport, Peter (2002). Medieval Bath Uncovered. Stroud: Tempus. pp. 50–51. ISBN 978-0752419657.
  33. ^ "English Monarchs - Kings and Queens of England - Edgar the Peaceful". web.archive.org. 2015-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-07-01. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  34. ^ "Jean Manco, Spirit of Care". web.archive.org. 2009-08-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-08-21. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  35. ^ "Shelter in Old Age". web.archive.org. 2015-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  36. ^ Davenport, Peter (2002). Medieval Bath Uncovered. Stroud: Tempus. pp. 97–98. ISBN 978-0752419657.
  37. ^ "Mayor of Bath". web.archive.org. 2012-01-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-14. Miġbur 2023-08-09.
  38. ^ "Mayor of Bath". web.archive.org. 2012-01-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-14. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  39. ^ Emanuel Green, 'The Visits to Bath of Two Queens', Proceedings of the Bath Natural History and Antiquarian Field Club, 7 (Bath, 1893), p. 224.
  40. ^ Crutwell, Clement (1801). A tour through the whole island of Great Britain; Divided into Journeys. Interspersed with Useful Observations; Particularly Calculated for the Use of Those who are Desirous of Travelling over England & Scotland. Vol. 2. pp. 387–388.
  41. ^ Rodgers, Colonel Hugh Cuthbert Basset (1968). Battles and Generals of the Civil Wars. Seeley Service & Co. p. 81. ASIN B000HJ9TUG.
  42. ^ Wroughton, John (2004). Stuart Bath: Life in the Forgotten City 1603–1714. The Lansdown Press. pp. 156, 158, 161–2, 174.
  43. ^ Burns, D. Thorburn (1981). "Thomas Guidott (1638–1705): Physician and Chymist, contributor to the analysis of mineral waters". Analytical Proceedings. 18 (1): 2–6.
  44. ^ Hembury, Phylis May (1990). The English Spa, 1560–1815: A Social History. Fairleigh Dickinson Univ. Press. pp. 114–121. ISBN 978-0-8386-3391-5.
  45. ^ "The John Wood Exhibition". web.archive.org. 2007-11-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-11-13. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  46. ^ "Bath Postal Museum". web.archive.org. 2013-10-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-04. Miġbur 2023-08-09.
  47. ^ Eglin, John (2005). The Imaginary Autocrat: Beau Nash and the invention of Bath. Profile. p. 7. ISBN 978-1-86197-302-3.
  48. ^ "The manuscripts". web.archive.org. 2016-01-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-15. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  49. ^ Thorn, sir William (1816). A memoir of major-general sir R.R. Gillespie [by W. Thorn.]. p. 5 (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  50. ^ "Bath PLU/RegD Somerset through time | Local history overview for the Poor Law Union/Reg. District". web.archive.org. 2007-10-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-10-12. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  51. ^ "Detailed Record". web.archive.org. 2015-04-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-04-28. Miġbur 2023-08-09.
  52. ^ "Anglo-Ethiopian Society Website". web.archive.org. 2008-01-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-01-30. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  53. ^ "War History". web.archive.org. 2008-01-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-01-31. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  54. ^ Spence, Cathryn (2012). Bath in the Blitz: Then and Now. Stroud: The History Press. p. 55. ISBN 978-0-7524-6639-2.
  55. ^ Elgee, Emma (2021-06-07). "Bath another step closer to second World Heritage listing". SomersetLive (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-09.
  56. ^ Jetske (2019-01-30). "11 European cities nominate The Great Spas of Europe for UNESCO World Heritage List" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-09.
  57. ^ "UK climate averages". Met Office (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-09.
  58. ^ "Twinning | Bathnes". web.archive.org. 2016-10-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-10-17. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  59. ^ "Twin towns - Complete France". web.archive.org. 2013-07-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-07-05. Miġbur 2023-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  60. ^ "Braunschweigs Partner- und Freundschaftsstädte". web.archive.org. 2012-12-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-12-01. Miġbur 2023-08-09.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy