Aqbeż għall-kontentut

Parlament Ewropew

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-logo tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li jiġi elett direttament miċ-ċittadini. Dawn l-elezzjonijiet isiru kull ħames snin permezz tal-vot universali.

Is-sede prinċipali hija Strasburgu iżda l-Parlament jiltaqa' wkoll fi Brussell. Huwa għandu wkoll xi uffiċini fil-Lussemburgu.

Il-Parlament Ewropew hu l-korp tal-UE fejn jitfasslu l-liġijiet. Hu elett direttament mill-votanti tal-UE kull 5 snin. L-elezzjonijiet Ewropej saru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju, 2019.[1]

Il-Parlament għandu tliet rwoli prinċipali:[1]

Rwol leġiżlattiv
  • Jgħaddi l-liġijiet tal-UE, flimkien mal-Kunsill tal-UE, abbażi ta' proposti mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Jiddeċiedi dwar ftehimiet internazzjonali
  • Jiddeċiedi dwar it-tkabbir
  • Jeżamina mill-ġdid il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni u jitlobha biex tipproponi leġiżlazzjoni
Rwol superviżjorju
  • Iwettaq skrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE
  • Itella' l-President tal-Kummissjoni u japprova l-Kummissjoni bħala korp wieħed. Hemm il-possibbiltà ta’ votazzjoni ta’ mozzjoni ta’ ċensura, li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tirriżenja
  • Jagħti kwittanza, jiġifieri japprova l-mod li bih jintefqu l-baġits tal-UE
  • Jeżamina l-petizzjonijiet taċ-ċittadini u jwaqqaf l-inkjesti
  • Jiddiskuti l-politika monetarja mal-Bank Ċentrali Ewropew
  • Ipoġġi mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill
  • Iwettaq osservazzjonijiet tal-elezzjonijiet
Rwol Baġitarju
  • Jistabbilixxi l-baġit tal-UE, flimkien mal-Kunsill
  • Japprova l-baġit fit-tul tal-UE, il-“Qafas Finanzjarju Pluriennali”

Kompożizzjoni: L-għadd ta' MPE għal kull pajjiż hu bejn wieħed u ieħor proporzjonali mal-popolazzjoni tiegħu, iżda dan isir permezz ta' proporzjonalità digressiva: ebda pajjiż ma jista’ jkollu inqas minn 6 jew iżjed minn 96 MPE u l-għadd totali ma jistax jaqbeż is-705 (704 flimkien mal-President). Il-MPE huma miġbura skont l-affiljazzjoni politika, u mhux skont in-nazzjonalità. Il-President jirrappreżenta l-Parlament mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mad-dinja ta' barra u jagħti l-approvazzjoni finali għall-baġit tal-UE.[1]

Ix-xogħol tal-Parlament huwa maqsum f’żewġ stadji ewlenin:[1]

  • Il- Kumitati - biex jippreparaw il-leġiżlazzjoni.

Fil-Parlament hemm 20 kumitat u żewġ sottokumitati, kull wieħed jittratta ma' qasam ta' politika partikolari. Il-kumitati jeżaminaw proposti għal-leġiżlazzjoni, u l-MPE u l-gruppi politiċi jistgħu jressqu emendi jew jipproponu r-rifjut ta' proposta. Dawn il-kwistjonijiet huma wkoll diskussi fi ħdan il-gruppi politiċi.

  • Is- Sessjonijiet plenarji - biex jgħaddu l-leġiżlazzjoni

Dan huwa meta jinġabru l-MPE kollha fil-Kamra biex jagħtu vot finali dwar il-leġiżlazzjoni proposta u l-emendi proposti. Normalment isiru fi Strasburgu għal erbat ijiem fix-xahar, iżda xi drabi jkun hemm sessjonijiet addizzjonali fi Brussell.

  1. ^ a b ċ d europa.eu, Parlament
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy