Aqbeż għall-kontentut

President ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-President ta' Malta huwa l-kap tal-istat kostituzzjonali tar-Repubblika ta' Malta, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mir-Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati għal mandat ta' ħames snin. Il-President ta' Malta huwa l-gwardjan tal-Kostituzzjoni ta' Malta fejn hu biss li jieħu dan il-ġurament quddiem il-Kamra. Jekk il-President jiddubita fuq kemm il-kostituzzjonalità ta' liġi anke jekk l-avviż tal-Avukat Ġenerali jgħid li timxi skont il-kostituzzjoni, dan jista' jistaqsi għal aktar kjarifika. Il-President jifforma parti, kemm b'mod dirett u dak indirett, tat-tliet fergħat tal-istat. Jifforma parti tal-Parlament (Kapitolu VI, sezzjoni 51), jaħtar il-ġudikatura (Kapitolu VIII, sezzjoni 96) u l-awtorità eżekuttiva hi eżerċitata mill-President (Kapitolu VII, sezzjoni 78).

Din il-kariga inħalqet l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru, 1974, meta Malta saret repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur Ġenerali, is-Sur Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat. Mamo serva bħala President sal-1976. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.

Mill-1989, il-mandat tal-President beda u spiċċa fl-4 ta' April. Attwalment, il-President ta' Malta hija Myriam Spiteri Debono.

Bandiera uffiċjali

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Bandiera tal-President ta' Malta

Sal-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena, eżattament fit-12 ta' Diċembru 1988, ġiet introdotta bandiera ġdida. Din tikkonsisti mill-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna. Din il-bandiera tperper fuq ir-residenzi u l-uffiċini uffiċjali tal-President, fuq il-vettura tiegħu, u f'kull okkażjoni fejn hu preżenti.

Lista ta' Presidenti tar-Repubblika

[immodifika | immodifika s-sors]
# Ritratt Isem Bidu tal-kariga Skadenza tal-kariga
1 Sur Anthony Mamo 13 ta' Diċembru 1974 27 ta' Diċembru 1976
2 Anton Buttigieg 27 ta' Diċembru 1976 27 ta' Diċembru 1981
Albert Hyzler
(aġent)
27 ta' Diċembru 1981 15 ta' Frar 1982
3 Agatha Barbara 15 ta' Frar 1982 15 ta' Frar 1987
Paul Xuereb
(aġent)
15 ta' Frar 1987 4 ta' April 1989
4 Ċensu Tabone 4 ta' April 1989 4 ta' April 1994
5 Ugo Mifsud Bonnici 4 ta' April 1994 4 ta' April 1999
6 Guido de Marco 4 ta' April 1999 4 ta' April 2004
7 Eddie Fenech Adami 4 ta' April 2004 4 ta' April 2009
8 George Abela 4 ta' April 2009 4 ta' April 2014
9 Marie Louise Coleiro Preca 4 ta' April 2014 4 ta' April 2019
10 George Vella 4 ta' April 2019 4 ta' April 2024
11 Myriam Spiteri Debono 4 ta' April 2024 fil- kariga

Residenzi uffiċjali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-uffiċċju uffiċjali tal-President huwa l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Residenzi presidenzjali oħra jinkludu:

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy