Content-Length: 106808 | pFad | https://mt.wikipedia.org/wiki/Fonolo%C4%A1ija

Fonoloġija - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Fonoloġija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-fonoloġija hija fergħa fil-lingwistika li tistudja l-ħsejjes lingwistiċi mil-lat tal-funzjoni tagħhom u tal-organizzazzjoni tagħhom fil-kliem. Tradizzjonalment, din tiffoka fuq l-istudju ta' sistemi ta' fonemi f'lingwi partikolari, imma tista' tkopri wkoll kwalunkwe analisi lingwistika.

Etimoloġija u definizzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kelma fonoloġija ġejja mill-Grieg φωνή (phōnḗ) li tfisser "vuċi, ħoss", u s-suffiss -loġija li ġej mill-Grieg λόγος (lógos) għal "kelma, suġġett ta' diskussjoni".

It-tifsiriet ta' dan it-terminu jvarjaw. Nikolai Trubetzkoy f'Grundzüge der Phonologie (1939) jiddefinixxi fonoloġija bħala "l-istudju ta' ħsejjes li jappartjenu għas-sistema ta' lingwa", bil-kontra tal-fonetika, li huwa "l-istudju ta' ħsejjes li jappartjenu għall-att tad-diskors".









ApplySandwichStrip

pFad - (p)hone/(F)rame/(a)nonymizer/(d)eclutterfier!      Saves Data!


--- a PPN by Garber Painting Akron. With Image Size Reduction included!

Fetched URL: https://mt.wikipedia.org/wiki/Fonolo%C4%A1ija

Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy